Left arrow Mur Lura

REAZZJONI GĦALL-KONFERENZA STAMPA TA’ L-MUPP: GĦANDI FIDUĊJA SĦIĦA FIL-BORD DWAR IL-PROFESSJONI TAL-PSIKOLOĠIJA – L-ONOR. MINISTRU DOLORES CRISTINA

pr0251
Date Icon 19/02/2006

“M’hemm l-ebda dubju li l-bord regolatorju tal-professjoni tal-psikoloġija nħatar b’ħarsien sħiħ tal-liġi” tgħid l-Onor. Ministru Dolores Cristina fi tweġiba għall-konferenza stampa tal-Malta Union of Professional Psychologists (MUPP). Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali kkonsulta ma’ kull organizzazzjoni li hija involuta f’dan il-qasam u kollha taw il-fehma tagħhom qabel dan il-Bord ġie maħtur uffiċjalment.

Il-Ministru tisħaq li skond ma jitolbu l-provedimenti tal-liġi, intbagħtet ittra lill-MUPP u lill-Malta Psychologists Association fl-14 ta’ Ottubru, 2004, li permezz tagħha huma ġew mitluba jagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-Membri tal-Bord innominati mill-Gvern. Fl-ittra tagħha, il-Ministru speċifikament kitbet “… I would like to consult your union on the appointment of the above-mentioned board”. Fl-istess ittra, iż-żewg entitajiet intalbu jinnominaw rappreżentant tagħhom fuq l-istess Bord.

Bħala risposta, l-MUPP bgħatu ittra fl-22 ta’ Ottubru, 2004, bl-isem tar-rappreżentant, iżda ma taw l-ebda kumment dwar il-membri proposti, li kienu mniżżla b’isimhom fl-ittra li bgħatitilhom il-Ministru Cristina. Aktar tard l-MUPP oġġezzjonat mhux biss għan-nominazzjonijiet tal-Ministru, iżda saħansitra wkoll għar-rappreżentant magħżul mill-Università ta’ Malta.

Il-Ministeru jistqarr li ċ-chairperson tal-Bord hija persuna li tgawdi rispett kbir fil-qasam tal-psikoloġija u li kkontribwixiet b’mod sinifikanti fl-iżvilupp ta’ dan il-qasam ta’ studju f’Malta. Hija kienet ukoll waħda min-nies li ħadmu sabiex ġie stabbilit id-Dipartiment tal-Psikoloġija fi ħdan l-Università ta’ Malta. Il-Kabinett approva b’mod unanimu in-nominazzjoni tal-membri kollha tal-Bord.

Fl-aħħarnett, il-Ministeru jiċħad kategorikament l-allegazzjoni tal-MUPP li ma tax widen għar-rikjesti li għamlet din il-Union.  Dan għaliex, il-Ministru stess, kemm pubblikament, kif ukoll f’komunikazzjoni privata mal-Kunsill ta’ l-MUPP, qalet illi sejra tiltaqa’ mal-Bord sabiex flimkien ifittxu soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni li ma tawgura xejn tajjeb għall-professjoni tal-psikoloġija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow