TWEGIBA GHALL-KUMMENTI TAL-KAP TA’ L-OPPOZIZZJONI DWAR L-INCINERATUR TA’ L-ISPTAR SAN LUQA
pr0240
16/02/2006
Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor. Alfred Sant, illum f’konferenza ta’ l-aħbarijiet quddiem l-isptar San Luqa tkellem dwar l-inċineratur ta’ l-isptar San Luqa. Hu ssostanzja l-argument tiegħu billi kkwota gazzetti li dehrlu hu.
| Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista | ilu għal bosta snin jaħdem biex jelimina l-inċineratur u l-inkonvenjent li dan joħloq lil dawk li joqogħdu fil-viċinanza ta’ l-isptar San Luqa. Dan il-proċess ma waqaf qatt imma għal darba wara l-oħra kien imblukkat minn appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mid-Direttur tal-Kuntratti. Il-gazzetti kemm –il darba rrapurtaw dan il-fatt imma l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni għażel li jinjorah. |
| L-Onor. Sant żgur li kien qara l-gazzetti | meta dawn kienu ħabbru li ngħatat it-tender fl-4 ta’ April tas-sena 2003 fejn l-inċineratur ta’ San Luqa kien ser jingħalaq darba għal dejjem u floku tiġi nstallata teknoloġija non-burn, jiġifieri li ma tipproduċix duħħan. Il-kumpanija li rebħet it-tender ma kinitx f’pożizzjoni li tonora it-tender. Ta’ dan il-kumpanija weħlet penali ta’ Lm50,000. Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni dawn il-fatti ma semmiehomx minkejja li anke l-istess ġurnali li jissimpatizzaw mal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni kienu rrapurtaw dawn il-fatti. |
| Il-Gvern mill-ewwel kien reġa` beda proċess | biex tinħareġ tender oħra. Illum dan il-proċess qiegħed fi stadju avvanzat u ġew short-listed 7 kumpaniji li offrew 6 teknoloġiji differenti. Sallum dan il-proċess diġa` kellu xi nterruzzjonijiet għaliex ħafna drabi qed jiġri li min ma jaqbilx ma’ xi deċiżjoni tad-Direttur tal-Kuntratti jipprotesta u jwaqqaf il-proċess. |
| Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qiegħed jgħid | li għandu soluzzjoni u jwiegħed li jsolvi l-problema fi żmien sitt xhur. Ikun interessanti jekk Dr Sant jinforma lill-poplu Malti x’għamel biex jelimina l-inċineratur fit-22 xahar li dam fil-gvern. Mhux sew li l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ma jgħidx x’inhi din is-soluzzjoni u hekk iħalli lill-poplu tal-Pietà b’dan l-inkonvenjent sakemm u jekk ikun fil-Gvern. Il-Ministeru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunità jagħti kelma lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li jimplimenta s-soluzzjoni tiegħu kemm –il darba din tkun tista’ titwettaq fi żmien sitt xhur u fil-parametri eżistenti tar-regolamenti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261952
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...
PR261951