Left arrow Go Back

IFFIRMAT IL-KUNTRATT GĦALL BEJGĦ TAT-TONN GĦAL DIN IS-SENA

pr0237
Date Icon 16/02/2006

Fid-9 ta' Frar 2006 quddiem in-Nutar Ian Spiteri, il-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd Ltd u l-Ghaqda Koperattiva tas-Sajd Ltd iffirmaw kuntratt mal-Malta Fishfarming Limited għal bejgħ tat-Tonn li l-membri tagħhom ser jaqbdu fl-istaġun li ġej li jibda mill-25 ta' April 2006 sa l-10 ta' Lulju 2006.  Dan il-kuntratt ikopri l-ħut kollu li l-membri tal-Kooperattivi jaqbdu bil-konzijiet. 

Ħafna minn dan il-ħut jiġi esportat, jew frisk jew friżat, lejn swieq Ażjatiċi l-aktar lejn il-Ġappun. 

Il-prezz għall-esportazzjoni m'ghandux ikun inqas minn:-

Mill-25 ta' April sa l-10 ta' Ġunju 2006 - Lm2.60c il-kilo
Mill-11 ta' Ġunju sa l-10 ta' Lulju 2006 - Lm2.00c il-kilo

Il-ħut li ma jmurx għall-esportazzjoni u li ma jinbieħx f'suq Malti għandu prezz garantit skond dan il-kuntratt biex b'hekk is-sajjieda jiggarantixxu d-dħul tagħhom.  Dan il-kuntratt intrebaħ mill-Malta Fishfarming Ltd wara sejħa għal offerti pubblikati miż-żewg Koperattivi fit-18 ta' Diċembru 2005. 

Is-Segretarju Parlamentari responsabli għall-Biedja u s-Sajd Dr Francis Agius qal li s-sajjieda Maltin u Għawdxin ukoll kellhom żieda sostanzjali fid-dħul tagħhom matul is-sena li għaddiet. Din iż-żieda fid-dħul kienet konfermata fl-istatistika maħruġa dan l-aħħar mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika. Meta wieħed iqis is-sena li għaddiet kollha, isib li d-dħul tas-sajjieda mill-ħut maqbud żdied bi kważi 36% fuq is-sena ta' qabel. Din tfisser żieda ta' aktar minn Lm651,000. L-istatistika tirreferi wkoll għall-aħħar kwart ta' l-2005 li turi li meta mqabbel ma' l-istess perjodu fl-2004, is-sajjieda kellhom żieda fid-dħul aktar ta' madwar 50%. Din iż-żieda kollha fl-2005 kienet dovuta għall-kwantita' akbar ta' tonn u pixxispad li ġabu prezzijiet ferm aħjar mis-sena ta' qabel.  

Bħala xhieda ta’ dan il-kuntratt kienu preżenti il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent l-Onor George Pullicino u s-Segretarju Parlamentari responsabli għall-Biedja u s-Sajd Dr. Francis Agius.  Id-Direttur Ġenerali Dr Anthony Gruppetta hu nominat arbitru ta' dan il-kuntratt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow