Left arrow Mur Lura

MIŻURI TA’ PREVENZJONI KONTRA R-RISKJU TAT-TIXRID TAL-VIRUS TA’ L-INFLUWENZA TAT-TJUR

pr0236
Date Icon 16/02/2006

Id-Diviżjoni ta’ l-Ikel u l-Attività Veterinarja fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed timplimenta numru ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra r-riskju tat-tixrid tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur. 

Bħalma tħabbar f’konferenza ta’ l-aħbarijiet aktar kmieni din il-ġimgħa, daħlu fis-seħħ numru ta’ miżuri ġodda.  Dawn jinkludu s-sospensjoni temporanja tal-kaċċa fuq il-baħar, id-diżinfettar tal-vetturi kollha li ġejjin mill-Italja u l-ġbir ta’ papri minn bajjiet u postijiet pubbliċi oħrajn. 

Sa’ llum diġà nġabru numru konsiderevoli ta’ papri minn lokalitajiet differenti u li minnhom ittieħdu kampjuni bħala parti mill-prekawzjonijiet li qed jittieħdu.  Dan l-eżerċizzju għadu għaddej u dawn il-papri qed jinżammu temporanjament taħt tinda magħluqa li twaqqfet fil-Fortizza ta’ Delimara.   Dan l-eżerċizzju qed isir taħt sorveljanza ta’ uffiċjali mill-Heritage Malta biex ikun żgurat li ma jsir ebda dannu għall-Fortizza u s-sit fejn qed jinżammu l-papri qed ikun mgħasses il-ħin kollu. 

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent itenni li qed jittieħdu l-miżuri kollha biex ikun żgurat li l-virus ta’ l-influwenza tat-tjur ma jidħolx f’Malta.  Għaldaqstant ma jeżistix lok għal allarm żejjed fost il-pubbliku. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow