Left arrow Mur Lura

Stqarrija tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin b’risposta għall-kummenti ta’ l-Onor Leo Brincat dwar id-dokument “Miri Strateġiċi tal-Politika Barranija Maltija”

pr0228
Date Icon 15/02/2006

Għal darb’oħra, il-Kelliem Ewlieni Laburista dwar l-Affarijiet Barranin, l-Onor. Leo Brincat għazel li jitkellem waħdu u barra mis-suġġett minflok jikkontribwixxi f’diskussjoni serja dwar id-dokument “Miri Strateġiċi tal-Politika Barranija Maltija”.

Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin żamm mal-wegħda tiegħu li jagħti opportunita’ lill-Oppożizzjoni  biex, permezz tal-Kumitat tal-Kamra dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, l-Oppożizzjoni tagħti l-kontribut tagħha għad-dokument “Miri Strateġiċi tal-Politika Barranija Maltija”. 

Ir-rappreżentant ta’ l-Oppożizzjoni f’dan il-Kumitat, l-Onor. Leo Brincat, naqas milli jagħti kontribut f’laqgħa ta’ konsultazzjoni, li l-Ministru  Michael Frendo għamel apposta dwar id-dokument bil-magħluq fil-Parlament, għax qal li ma kellux ħin biex jaqra d-dokument. Minflok, l-Onor. Leo Brincat għażel li jitkellem waħdu,  permezz ta’ stqarrija pubblika bla sustanza, bla viżjoni u bla ebda kontribut kostruttiv. 

Huwa ċar li l-Onor. Leo Brincat ma fehemx x’kien l-eżerċizzju li bih issawwru l-miri strateġiċi tal-politika barranija Maltija. Din hija l-ewwel darba li nkiteb dokument dwar il-Miri Strateġiċi tal-Politika Barranija Maltija mill-Indipendenza. Id-dokument jidentifika linji ta’ gwida ġodda biex il-ħidma tal-Ministeru għas-snin li ġejjin, tirrifletti r-realtajiet politiċi u ekonomiċi internazzjonali. 

Fi tnejn u għoxrin xahar li għamlu fil-Gvern, l-Onor. Leo Brincat u sħabu ta’ l-Oppożizzjoni kellhom iż-żmien kollu biex jiktbu dokument bħal dan, biex il-poplu seta’ jkejjel il-ħidma tagħhom. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow