Left arrow Mur Lura

Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttivi dwar l-Apparat Mediku

pr0224
Date Icon 15/02/2006

Il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni (MCMP), permezz tad-Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-iStandards, qed iniedi Dokument Finali ta’ Konsultazzjoni (ICD 07/2005a) dwar Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE dwar Apparat Mediku Attiv li jista jiġi Mpjantat  u 93/42/KEE dwar l-Apparat Mediku.

L-apparat mediku hu rregolat minn tliet Direttivi li japplikaw rispettivament għall-apparat mediku attiv li jista’ jiġi mpjantat, apparat mediku u apparat mediku dijanjostiku “in vitro”.  Il-proposta ser tiżgura regolamentazzjoni aħjar permezz ta’ kjaramenti regolatorji sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ta’ l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttivi.

Il-proposta ser tinvolvi kjarifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u tintroduċi inizjattivi sabiex tiżdied it-trasparenza u l-fiduċja fit-tqegħid fuq is-suq u l-użu tat-tagħmir mediku.

Il-proposta finali temenda l-oqsma tad-Direttiva dwar l-Apparat Mediku (93/42/KEE) li ġejjin:

§ It-taqsimiet dwar il-verifika tal-konformità

§ Data klinika u evalwazzjoni

§ Ċertezza legali fir-rigward ta’ l-applikabilità

§ Miżuri sabiex tiżdied it-trasparenza

§ Attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq

§ Prodotti mediċinali u provvedimenti dwar apparat mediku

§ Tagħmir akkumpanjat bi prodott immodifikat tat-tessut uman

§ Apparat magħmul skond l-ordni

§ Emenda tad-Direttivi 90/385/KEE dwar apparat mediku attiv li jista jiġi mpjantat u d-Direttiva 98/8/KE li tikkonċerna it-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti bioċidi

Il-konsultazzjoni tagħlaq nhar il-15 ta’ Marzu 2006.

Noti lill-edituri:

1.  Kopja tad-Dokument Finali ta’ Konsultazzjoni, li jinkludi informazzjoni ulterjuri, jinsab f’ http://www.msa.org.mt/cigd/consultations.htm

2.   L-emendi li qed jiġu proposti huma intenzjonati li jtejbu:

§    L-evalwazzjoni klinika, permezz ta’ kjarifikazzjoni tar-rekwiżiti,

§    Is-sorveljanza wara it-tqegħid fuq is-suq, sabiex tiżdied it-trasparenza għall-pubbliku inġenerali,

§    Il-konsistenza bejn id-direttivi dwar it-tagħmir mediku u t-tagħmir mediku attiv li jista jiġi mpjantat,

§    Il-proċess li bih jittieħdu d-deċiżjonijiet, li jippermetti li jittieħdu deċiżjonijiet li jkunu jorbtu lil Istati Membri kollha f’kas ta’ interpretazzjonijiet nazzjonali konfliġġenti dwar jekk prodott għandux jitqies bħala tagħmir mediku jew le.

3.   Il-Kummissjoni Ewropeja qed tikkonsidra li terħi ftit mill-irbit kunfidenzjali sabiex tippermetti ċertu informazzjoni fuq it-tagħmir kollu li jkun jista jiġi muri lill-pubbliku, u b’hekk tiżdied it-trasparenza.

4.  Kwalunkwe kontributi bil-miktub għandhom jaslu għand id-Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-MSA sal-15 ta’ Marzu 2006 permezz tal-posta fl-indirizz illi ġej:

       Awtorita’ Maltija Dwar l-Istandards

       (Attn: Kap – Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur)

       It-Tieni Sular, Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta, VLT 03; jew

       fax: 2124 2406; jew

       e-mail:    anthony.camilleri@msa.org.mt; joseph.micallef@msa.org.mt; linda.worley@msa.org.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow