RAPPORT ANNWALI TAL-KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B'DISABILITA'
pr0222
14/02/2006
Aktar minn 40% tal-fondi ghall-organizzazjonijiet mhux governattivi tas-sena 2005 inghataw mill-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Socjali lill-organizzazjonijiet li jahdmu fil-kamp tad-dizabilità.
Dan juri l-impenn serju tal-Gvern f'dan il-qasam. Hekk stqarr l-Onor. Clyde Puli, M.P., Chairperson tal-Kumitat Parlamentari ghall-Affarijiet Socjali, li kien qed jirrapprezenta lill-Ministru tal-Familja u s-Solidarjeta' Socjali l-Onor. Dolores Cristina, fl-okkazjoni tat-tnedija tar-rapport annwali ta' l-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilità; u zied jghid li aktar minn nofs il-budget tal-Gvern din is-sena qed jintuza proprju fl-impenn socjali.
| Minbarra dan, il-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Socjali wera | s-sodisfazzjon tieghu ghall-fatt li l-KNPD irnexxiela ggib fondi mill-UE biex tiffinanzja kampanji ta' gharfien kemm ghas-sena 2005 kif ukoll ghal 2006. |
| Is-Sur Puli spjega kif qed jittiehdu l-mizuri kollha necessarji | sabiex jinqata' l-abbuz fis-servizzi bhal, per ezempju, f'dak tal-pensjonijiet ta' l-invalidità. B'hekk, ma jkunx hemm hela ta' fondi li minnflok jistghu jintuzaw ghal progetti xierqa. |
| Fil-fatt, ezempju car ta' lok ta' abbuz johrog mill-informazzjoni li | taghti l-KNPD fejn insibu zieda qawwija ta' 600 talba ghal Blue Stickers mis-sena l-ohra 'l hawn. L-Onor. Puli stqarr li Ministeru jilqa' l-proposta ta' tahrig fuq dan, minn naha tal-Kummissjoni u jistenna bil-herqa r-rizultati ta' dan l-istudju halli s-servizz tal-Blue Stickers ukoll ikun servizz sostenibbli. |
| L-Onor. Puli zied li r-rakkomandazzjonijiet li sejra taghmel il-KNPD | dwar l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilità) 2000 huma essenzjali halli din il-ligi tkun tista' tintuza b'mod mill-aktar effettiv. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261952
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...
PR261951