Left arrow Mur Lura

NEGOZJI ZGHAR JIBBENEFIKAW MILL-PROGRAMM TA' LEONARDO - SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

pr0221
Date Icon 14/02/2006
Il-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) f'laqgha ta'kortezija ghand is-Segretarju Parlamentari ghan-Negozji Zghar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, kellhom kliem ta' tifhir ghall-impenn serju tal-Gvern permezz tas-Segretarjat Parlamentari sabiex jghin negozji zghar jibbenefikaw ahjar mill-programmi ta' l-Unjoni Ewropea.
L-MHRA applikat ghall-progett 'Community Vocational Training ActionProgram Malta - Ireland', fejn ghaxar impjegati ta' lukandi u ristoranti ser ikunu qeghdin jippartecipaw f'dan il-progett.
Id-Direttur Generali ta' l-MHRA, is-Sur George Schembri, qal li"l-MHRA qieghda tapplika ghal bosta programmi ta' l-Unjoni Ewropea bil-ghan li membri taghha jkunu jistghu jibbenefikaw direttament. L-idea ta' dawn il-Programmi hi sabiex negozji jkomplu jtejbu lilhom infushom." Hu qal ukoll li "permezz ta' dan il-programm dawn l-impjegati ser ikunu qeghdin jiehdu tahrig l-Irlanda."
Il-lukandi li qed jibbenefikaw huma: Primera Hotel, The VictoriaHotel, Bugibba Holiday Complex, Ambassador Hotel, Sunflower Hotel, Hotel Kennedy Nova, Merill Aparthotel, Imperial Hotel. Ippartecipaw ukoll ir-ristoranti l-Ghonnella u Sprachcaffe,
Is-Segretarju Parlamentari ghan-Negozji Zghar u s-Self Employed,Edwin Vassallo qal li "irridu naghrfu kif inkunu innovattivi mhux biss fl-operat taghna, izda wkoll bil-mod ta' kif in-negozji japplikaw ghal progetti ta' l-Unjoni Ewropea. L-opportunitajiet huma bosta u miftuha berah. Issa f'idejn in-negozji Maltin li jassiguraw li dawn l-opportunitajiet jittiehdu.
"Aktar ma Malta tkun kapaci tattira fondi mill-Unjoni Ewropea,aktar ser ingibu flus lejn Malta li fl-ahhar mill-ahhar ikunu qeghdin jiccirkolaw fl-ekonomija ta' pajjizna."
L-Onor. Vassallo semma wkoll li "permezz ta' dawn il-programi ta'l-Unjoni Ewropea qed ikollna l-ewwel esperjenzi ta' clustering. Dan huwa suggett li konna ilna nitkellmu fuqu u li qatt ma wasalna ghalih, izda issa qieghed jigi implimentat permezz ta' dawn il-programmi. Kif semmejt kemm-il darba, is-Segretarjat tieghi huwa mpenjat li jara li kemm jista' jkun negozji zghar jibbenefikaw mill-opportunitajiet offruti mill-Unjoni Ewropea, u rridu li 300 imprenditur jippartecipa b'mod jew iehor fi programmi ta' l-Unjoni Ewropea. 'Il quddiem ser inkunu wkoll qeghdin nippubblikaw lista jew direttorju ta' dawk in-negozji li jkunu hadu sehem fi programmi ta' l-Unjoni Ewropea, u jiena cert li ser ikollna storja ta' success."
Is-Segretarju Parlamentari Vassallo kompla jghid li "dawn humarealtajiet li issa qed ikunu possibli minhabba li sirna membri ta' l-Unjoni Ewropea. Huwa impenn ta' dan is-Segretarjat li japplika hu u li jippromwovi ghaqdiet u assocjazzjonijiet bhalma hi l-MHRA sabiex huma jkunu jistghu jibbenefikaw minn dawn l-opportunitajiet. Il-fondi li qeghdin napplikaw ghalihom huma oltre' l-fondi l-ohra li ta' spiss insemmu, bhal dawk strutturali, ta' koezjoni u ta' gemellaggi. Hafna drabi dawn il-fondi ma jissemmewx ghax insemmu biss l-ispejjez u r-regolamenti.
Is-Segretarju Parlamentari qal li "l-ishubija fl-Unjoni Ewropeatkun success daqs kemm ahna naghmluha success, u daqs kemm ahna nahtfu l-opportunitajiet li jezistu."
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow