Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI, ZGHAZAGH U XOGHOL IWIEGEB LILL-PRESIDENT TA' L-MUT DWAR PASSI DIXXIPLINARI LI TTIEHDU FIL-KAZ TAL-JUNIOR LYCEUM CORRADINO

pr0219
Date Icon 14/02/2006
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Zghazagh u Xoghol, Dr Louis Galea,jemmen li suggett importanti u delikat bhad-dixxiplina fl-iskejjel m'ghandux jigi ttrattat bil-botta u risposta fil-medja, specjalment bejn il-Ministru u l-Union ta' l-Ghalliema l-MUT.
Il-Ministru pprova jevita jidhol fil-kwistjoni b'din il-manjera billitalab lill-Bord Nazzjonali ghall-Imgieba fl-Iskejjel (il-Bord) biex jevalwa l-kaz tal-Junior Lyceum Corradino (JL). Izda issa, l-Ministru gie kostrett iwiegeb numru ta' allegazzjonijiet infondati li ghamlet l-MUT, u jaghti l-informazzjoni mehtiega rigward il-pozizzjoni u l-atteggjament ta' l-awtoritajiet edukattivi fir-rigward tad-dixxiplina fl-iskejjel. B'hekk l-ghalliema u l-pubbliku jkunu jistghu jaslu ghal gudizzju nformat.
Il-Ministru Galea l-ewwel irid jaghmel kummenti ta' natura generali,imbaghad jitkellem dwar il-kaz tal-JL.
Kummenti generali Il-Ministru Galea ghal darb'ohra jaghmilha cara likull incident f'xi skola jinkwetah u jsewwidlu qalbu. Bhala Ministru ta' l-Edukazzjoni u bhala missier, jaf sew it-trawma li kull incident ihalli fuq l-istudenti nvoluti, fuq l-iskola kollha, fuq l-ghalliema koncernati, fuq il-familja, u fuq l-awtoritajiet, li parti minn xogholhom hu li f'dawn il-kazijiet, jitilqu kollox minn idejhom u jiddedikaw hin u energija biex jittrattaw kazijiet li hadd ma jixtieqhom.
Ghal darb'ohra, l-Ministru Galea, f'ismu u f'isem l-awtoritajiet fl-iskejjel,jikkonferma l-politika tieghu ta' tolleranza 'zero' ghal imgieba vjolenti u abbuziva ta' kwalsiasi tip fl-iskejjel. Izda l-Ministru ma jemminx li din l-intolleranza juriha b'mod effettiv billi f'kull kaz, johrog stqarrija ghall-istampa; izda billi bil-fatti jassigura li l-awtoritajiet kompetenti jiehdu l-passi kollha xierqa f'kull kaz.
Hu stramb tassew li l-President ta' l-MUT ikkritika lill-Ministrutalli gharraf lill-pubbliku li talab rapport lill-Bord kompetenti dwar il-kaz, izda imbaghad hu ha l-liberta` kollha li jikkumenta kif jidhirlu fuq il-kaz, u li jaghmel allegazzjonijiet infondati li l-awtoritajiet mhux qed jiehdu bis-serjeta` l-kwistjoni tad-dixxiplina.
L-MUT taf li, minbarra l-mizuri li diga` gew introdotti, il-Ministeruu d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni qed jahdmu biex jitwaqqfu Zoni ta' Taghlim fl-Iskejjel u Centri Specjalizzati ta' Taghlim barra mill-iskola biex precizament, fost hwejjeg ohra, ikun hemm servizz aktar effettiv ghal studenti bi problemi ta' imgieba. Dawn huma fost is-suggetti ta' diskussjoni bejn Gvern u l-MUT rigward il-proposti ta' riforma fl-edukazzjoni.
Filwaqt li m'hemmx dubju li l-awtoritajiet edukattivi u l-Union humahaga wahda fuq il-priorita` effettiva li ghandha tinghata l-kwistjoni tad-dixxiplina fl-iskejjel, jidher li hemm divergenza f'xi principji u fl-istrategija li bihom il-kwistjoni ghandha tigi ttrattata.
Per ezempju: " liema awtorita` ser tiddeciedi x'dixxiplinatinghata f'kull kaz partikolari: l-iskola, id-Divizjoni jew il-Ministru? " B'liema manjiera, awtorita` jew union ghandhom jitkellmu fil-media dwar kazijiet partikolari ta' dixxiplina? " Hemm principji ta' etika nvoluti jew le? " Certi dikjarazzjonijiet jghinu jew ifixklu l-kawza tad-dixxiplina fl-iskejjel?
Ghalkemm, wiehed jipperikola li jesponi ruhu ghar-redikolu jekkjaghmel mistoqsijiet ta' dan it-tip, il-Ministru Galea jemmen li xorta huma mistoqsijiet validi li jridu jsiru u jigu mwiegba, jekk wiehed tassew irid jaffronta l-kwistjoni tad-dixxiplina fl-iskejjel.
Is-suggett ta' l-imgieba u d-dixxiplina ta' l-istudenti fl-iskejjelhu suggett li jitqanqal tista` tghid f'kull laqgha li l-MUT jkollha mal-Ministru u mad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni. Il-Ministru jista` jserrah ras l-ghalliema li f'dan is-sens, l-MUT qed thares l-interessi taghhom bis-shih. U daqs l-MUT, il-Ministru u d-Divizjoni ilhom isostnu li l-istudenti ghandhom dritt jitghallmu, u l-ghalliema ghandhom dritt jghallmu, fil-kwiet, fl-ordni u f'atmosfera tajba f'kull sens.
Il-Ministru Galea jifhem ukoll bis-shih il-preokkupazzjoni ta' l-ghalliemali f'xi skejjel qed jaffaccjaw sitwazzjonijiet difficli, kultant difficli hafna, ta' imgieba minn certi studenti. Ghalkemm sitwazzjonijiet ta' imgieba hazina ezistew dejjem, huwa fatt li l-izviluppi negattivi fis-socjeta` tal-lum, kif ukoll sitwazzjonijiet difficli f'certu familji, qieghdin jirrendu s-sitwazzjoni aktar komplessa u f'kazijiet individwali, aktar difficli. L-iskola u l-ghalliema jafu aktar minn kulhadd kif jittrattaw is-suggett ta' imgieba u dixxiplina fl-iskejjel. L-awtoritajiet, ta' l-iskola u centrali, jaghmlu hilithom kollha u kull hin jiehdu mizuri biex jilqghu ghas-sitwazzjoni skond kif tkun qed tizviluppa.
L-allegazzjoni ta' l-MUT li 'l-awtoritajiet huma hafna paroli u fattixejn' hija ngusta u mxejna mill-fatti. Il-Ministru jerga` jfakkar li l-Ministeru u d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, b'kooperazzjoni ma' l-MUT, wettqu diversi inizjattivi li jindirizzaw l-imgieba ta' l-istudenti b'mod konkret, fosthom:
1) Pubblikazzjoni tal-Politika Nazzjonali dwar id-Dixxiplina u l-ImgiebaTajba fl-Iskejjel fl-2002. Din il-Politika Nazzjonali taghti linji ta' gwida lill-iskejjel u theggighom jizviluppaw kodici ghall-iskola taghhom. Il-politika nazzjonali regghet dahhlet id-dritt li skola tista` teskludi u tkecci studenti minhabba imgieba inaccettabbli ripetuta. 2) Twaqqaf il-Bord Nazzjonali ghall-Imgieba fl-Iskejjel. S'issa dan il-Bord ra 67 kaz b'kollox, u hemm 6 kazijiet ohra li qed jistennew li jkunu ndirizzati. 3) Il-Gvern emenda l-ligi biex tihrax il-piena ghal min jaggredixxi xi ghalliem jew ufficjal pubbliku. 4) Zdiedu l-professjonisti li joffru servizzi lill-istudenti li jkollhom imgieba difficli. 5) Iddahhlu diversi policies u servizzi li jiffukaw fuq aspetti li jistghu jikkawzaw imgieba hazina bhal abbuz tat-tfal, abbuz minn sustanzi perikoluzi, bullying, u l-inkluzjoni. 6) Ittiehdu passi ta' dixxiplina mill-ewwel f'kull kaz serju. 7) Persuni li jaggredixxu ghalliema jittellghu l-Qorti mill-ewwel u jigu gudikati b'heffa skond il-ligi. 8) Jinghata appogg ta' counselling u ta' xort'ohra lill-ghalliema nvoluti f'kazijiet serji ta' imgieba hazina.
Fil-proposti li l-Ministeru qed iressaq dwar riformi fl-edukazzjonihemm diversi inizjattivi li ghandhom jiffacilitaw l-imgieba tajba ta' l-istudenti fosthom:
1) Il-holqien tal-Kulleggi awtonomi ghall-iskejjel; 2) Il-holqien ta'Zoni ta' Taghlim fl-iskejjel u Centri Specjalizzati ta' Taghlim biex jghinu studenti fid-diffikultajiet li jiffaccaw, inkluz kazijiet ta' imgieba hazina; 3) Diversi rakkomandazzjonijiet dwar l-assentejizmu u l-inkluzjoni; 4) Il-hidma li qed issir ta' bini u mmodernizzar ta' skejjel biex noffru ambjent u facilitajiet rikrejattivi ahjar ghall-istudenti u l-ghalliema.
Il-kaz tal-JL Corradino Il-Ministru qal li fil-kaz ta' l-incidentfil-JL Corradino hu gie assigurat li l-awtoritajiet ta' l-iskola u dawk centrali agixxew fil-pront b'appogg ma' l-ghalliem koncernat u li l-iskola mill-ewwel hadet il-passi ta' dixxiplina li dehrilha xierqa f'dan il-kaz.
Il-President ta' l-MUT ikkritika lill-Ministru talli talabevalwazzjoni tal-kaz mill-Bord Nazzjonali ghall-Imgieba fl-Iskejjel. Filwaqt li l-Ministru ser jibqa` jistenna r-rapport tal-Bord, ladarba l-President ta' l-MUT insista, dawn huma l-fatti li s'issa rrizultaw lill-Ministru:
1) L-incident gara fil-Junior Lyceum imsemmi nhar l-Erbgha 8 ta' Frar,2006, ghal habta tas-1.00 p.m., f'wahda mill-klassijiet tal-Form IV waqt lezzjoni tal-Geografija. 2) L-incident sehh meta l-ghalliem kecca lill-istudent il-barra mill-klassi minhabba imgieba hazina u l-istudent aggredixxa lill-ghalliem u tah daqqa ta' ponn fuq haddejh il-leminija. L-ghalliem waqa` fl-art izda qam mill-ewwel u mar jaghmel rapport lill-Kap ta' l-iskola. 3) Il-Kap u l-Assistenti ta' l-iskola hadu passi mill-ewwel, irrapportaw lill-awtoritajiet centrali u lill-Pulizija. 4) L-ghalliem ittiehed fic-Centru tas-Sahha ta' Rahal Gdid. L-ghalliem intalab jikkonsulta dentist biex jigi certifikat dwar il-kondizzjoni ta' darsa wara li qala` d-daqqa ta' ponn. L-ghalliem ghandu jikkonsulta d-dentist tieghu nhar il-Gimgha li gej. 5) Id-Direttur ta' l-Operat tad-Divizjoni u l-Policy Coordinator tal-Ministeru waslu l-iskola fis-1.30 p.m. 6) Il-Pulizija waslu l-iskola f'xi 2.00 p.m. u mill-ewwel bdew l-investigazzjoni tal-kaz. Hekk kif ikollhom ic-certifikat mediku dwar in-natura tal-griehi fid-darsa jressqu lill-istudent halli l-Qorti tal-Minorenni tiggudika l-kaz skond il-ligi. 7) L-ghalliem gie offrut servizz ta' counselling. 8) L-awtoritajiet ta' l-iskola ddecidew li l-istudent jigi sospiz ghal xahar sat-8 ta' Marzu, izda jithalla jaghmel l-ezamijiet ta' nofs is-sena wahdu f'kamra, minghajr uniformi, u jhalli l-iskola mill-ewwel hekk kif jispicca l-ezami. 9) Il-Union heddet li taghti direttivi jekk xi ghalliem jaghmel supervizjoni ta' l-istudent waqt l-ezami. "…the Union would have issued directives if the decision was taken to have a teacher to supervise him...The teachers' union said it was disgusted at the fact that a boy who punched a teacher in the face was allowed to sit for an exam." (TMI 14/02/06). L-istudent qed jaghmel l-ezami f'izolament taht is-supervizjoni ta' skrivan, kif stqarr l-istess President ta' l-MUT. 10) L-istudent gie riferut lil social worker. 11) Id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni talbet li ssir case conference fejn jiltaqghu n-nies koncernati nkluz il-genituri tat-tifel, biex jittiehdu decizjonijiet dwar is-sitwazzjoni u kif l-istudent jista` jinghata l-ghajnuna li ghandu bzonn. 12) Il-Ministru talab lill-Bord Nazzjonali ghall-Imgieba fl-Iskejjel biex jevalwa l-kaz u l-azzjoni li ttiehdet.
L-MUT allegat li 'l-Ministeru ha azzjoni minima fil-konfront ta' l-istudentkoncernat'. Allura tajjeb wiehed jistaqsi:
1) Meta jigu kkunsidrati l-passi mehuda s'issa, ghandu wiehed jasalghall-konkluzjoni li l-awtoritajiet hadu 'azzjoni minima'? 2) Minn meta 'l hawn jispetta lill-'Ministeru' li jiehu l-azzjoni ta' dixxiplina fil-konfront ta' studenti koncernati f'kazi partikolari ta' imgieba hazina? 3) Ta' min hi, fl-ewwel lok, il-funzjoni li titwettaq dixxiplina f'kazijiet partikolari? Tal-Ministeru jew tad-Divizjoni? Jew tal-Kap u t-tim ta' tmexxija ta' l-iskola li qeghdin fl-ahjar pozizzjoni biex jevalwaw il-kaz ta' kull student u jiddeciedu x'passi ta' dixxiplina ghandhom jittiehdu f'kull kaz, sew fl-interess ta' l-istudenti, kif ukoll ta' l-ghalliema? 4) Min hu fl-ahjar pozizzjoni li jiggudika jekk il-passi li ttiehdu f'dan il-kaz partikolari humiex 'azzjoni minima' - l-iskola, d-Divizjoni, il-Ministru, l-MUT, jew il-Bord Nazzjonali ghall-Imgieba fl-Iskejjel? Allura m'ghamilx sew il-Ministru, li talab rapport lill-Bord? Is-serjeta` hekk titlob.
Tajjeb jigi dikjarat li la l-Ministru u lanqas l-awtoritajietcentrali qatt ma ndahlu lill-ebda skola milli tiehu l-passi li dehrilha xierqa f'kull kaz ta' dixxiplina, skond il-policy dwar imgieba tajba u dixxiplina fl-iskejjel. Il-Politika Nazzjonali dwar id-Dixxiplina u l-Imgieba Tajba fl-Iskejjel tistabilixxi bil-preciz, ir-regoli u l-procedura. Jekk l-MUT ghandha xi diffikolta` fuq din il-politika tissuggerixxi x'tahseb li ghandu jinbidel jew jizdied u fejn! Il-Ministeru u d-Divizjoni huma l-hin kollu mpenjati bil-fatti biex ikomplu jtejbu l-mizuri favur imgieba tajba fil-klassi.
Fil-konferenza stampa tal-bierah l-MUT ghamlet allegazzjoni ohra metaqalet li "…the authorities were evidently not interested in sticking to their 'zero-tolerance' promises…". Din hi allegazzjoni ghal kollox infondata u ingusta.
Id-dikjarazzjoni tal-President tal-MUT li "The authoritiesbasically told that boy that it was okay to punch his teacher, humiliate him, and strip away his authority", hija inaccettabbli, offensiva, u mhix denja ta' min ghamilha.
Hu zball li jkun proprju l-President ta' l-MUT, li jmexxi l-impressjonili l-professjoni qed tigi umiljata! "…He said the measures taken against the student had done little more than humiliate the teaching profession further..." Meta wiehed iqis il-passi li hadu l-awtoritajiet, jista` jkun hemm ghalliema jew mill-pubbliku li jiggustifikaw kumment bhal dan?
Il-President tal-MUT ghamel ukoll dawn il-kummenti : "Theaggressor walked into the school like a 'hero' yesterday morning"... "This 'hero' was given a triumphant waving in by other students in his school..'. Il-Ministru vverifika ma' l-awtoritajiet ta' l-iskola u jirrizulta dawn il-fatti : 1) Li saru arrangamenti mal-familja biex l-istudent jasal fl-iskola tletin minuta wara li jkun diga` beda l-ezami, u b'hekk wasal l-iskola meta l-istudenti kollha kienu diga` fil-klassi u bdew l-ezami. 2) L-istudent kellu biss break ta' hames minuti bejn ezami u iehor, u baqa` wahdu fil-kamra taht is-supervizjoni ta' l-iskrivan. 3) L-istudent telaq mill-iskola hekk kif spicca l-ezami u fuq ordni ta' l-iskola fil-fatt cempel hekk kif wasal id-dar.
Fejn hi l-'hero welcome' u t-'triumphant waving in'? Dawn mhumiexstqarrijiet li jistghu jsiru b'xi mod legger jew f'xi vena umoristika, ghax difficli tikkontrolla li dan it-tip ta' diskors ma jinftiehemx hazin mill-istudenti u jwassal ghall-messagg bil-maqlub ta' dak genwinament intenzjonat.
Ma jirrizultax li hu korrett il-President tal-MUT meta qal li..."atpresent students can only be moved with the consent of their parents.." u allura jenhtieg tibdil fil-ligi ta' l-edukazzjoni biex student jigi trasferit minn skola ghal ohra.
Filwaqt li ghad hawn min fost l-istudenti li ma jridx jaf bl-iskola,il-bicca l-kbira ta' l-istudenti u l-genituri taghhom ghandhom imgieba tajba hafna u relazzjonijiet eccellenti ma' l-ghalliema u l-iskola. Fil-fatt aktar studenti qed jghaddu ghall-Junior Lyceum u mill-ezamijiet tas-SEC u tal-MATSEC, u aktar studenti qed ikomplu l-edukazzjoni taghhom f'livelli oghla. Dawn kollha huma sinjali pozittivi li juru li mixjin 'l quddiem u grazzi ghal kull min hu involut biex dan il-progress jinkiseb.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow