Left arrow Go Back

IMĦABBRA MIŻURI TA’ PREKAWZJONI KONTRA T-TIXRID TAL-VIRUS TAL-INFLUWENZA TAT-TJUR F’MALTA

pr0213
Date Icon 13/02/2006
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent illum ħabbar tliet miżuri ta’ prekawzjoni kontra t-tixrid tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur f’Malta.
F’diskorsli għamel waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino ħabbar sospensjoni tal-kaċċa minn fuq il-baħar, il-ġbir ta’ papri slavaġ minn postijiet pubbliċi u d-diżinfettar ta’ vetturi li jaslu Malta minn Sqallija.
Il-MinistruPullicino qal li l-Gvern Malti diġa informa lill-Kummissjoni Ewropea bis-sospensjoni tal-kaċċa fuq il-baħar u qal li din il-miżura qed issir wara konsultazzjoni mal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti li qed tappoġġja din il-miżura.
Il-ġbirtal-papri se jibda b’mod immedjat u se jinżammu f’post magħluq u taħt sorveljanza.  Dawn il-papri se jsirulhom testijiet regolari u se jittieħdu kampjuni biex ikun aċċertat li qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha.
Il-MinistruPullicino tenna li sa llum Malta għadha ħielsa mill-virus ta’ l-influwenza tat-tjur u għaldaqstant ma jeżistix lok għall-allarm fost il-poplu Malti.
Il-MinistruPullicino semma’ inċident fejn illum daħlet informazzjoni ta’ xi tiġieġ mejta li kien hemm fil-viċinanzi ta’ razzett f’Ħaż-Żebbuġ. Il-veterinarji tal-Gvern bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom mill-ewwel u fost l-ewwel affarijiet il-veterinarji għamlu kuntatt mal-bidwi responsabbli mill-post li kkonferma mill-ewwel li kien hu li qatel lit-tiġieġ; b’hekk kien ikkonfermat li dan kien każ li ma kellu ebda konnessjoni mat-tixrid tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur.
Huqal li dan kien każ ta’ bidwi li kellu tiġieġ tal-bajd li spiċċalhom iċ-ċiklu tagħhom u li b’mod irresponsabbli ddispona mit-tiġieġ tiegħu bl-addoċċ. Hu qal li l-Pulizija qed tinvestiga lil dan l-individwu u se tieħu l-passi kollha li huma meħtieġa. Il-Ministru George Pullicino iddeplora l-atteġġjament irresponsabbli ta’ xi individwi li jwassal biss biex iżid l-allarm.
F’diskorswaqt l-istess konferenza ta’ l-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u s-Sajd, Francis Aġius enfasizza fuq l-importanza li kulħadd jagħraf id-differenza distinta bejn il-virus ta’ l-influwenza tat-tjur li jimxi fost it-tjur u r-riskju ta’ l-influwenza pandemika li tgħaddi minn bniedem għall-ieħor.
Huirriafferma li t-tiġieġ Malti għandu dik li tissejjah health mark li allura turi li dan huwa taħt is-sorveljanza tas-servizz veterinarju u huwa ħieles minn kull mard.  Dr Aġius fakkar li t- tiġieġ imsajjar f’temperatura ta’ iktar minn 70 ċentigrad żgur li joqtol kull virus inkluż dak ta’ l-influwenza tat-tjur. L-ikel tat-tiġieġ m’għandux jittiekel nej jew b’nofs sajran imma irid ikun imsajjar sew.
F’Maltagħandna t-traċċibilita’ tal-prodott kemm tat-tiġieġ kif ukoll tal-bajd li jipproduċu. Permezz ta’ l-ittimbrar tal-bajd, is-servizz veterinarju għandu traċċibilità ta’ kollox u għalhekk hawn ukoll m’ hawnx lok għall-allarm.
Is-SegretarjuParlamentari Aġius fakkar ukoll li kull min għandu f’moħħu li jimporta xi affarijiet minn barra l-pajjiż u li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti tat-tjur għandhom jaraw li jinfurmaw is-servizz veterinarju.
“Niftakruli hemm bżonn li f’ħaġa bħal din għandna naraw l-interess nazzjonali u mhux dak individwali,” qal Dr Aġius.
Intantl-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ifakkar fin-numri ta’ emerġenza. In-numru freephone 8007 2211 huwa attivat matul il-ħin ta’ l-uffiċċju u li fuqu għandhom ikunu indirizzati xi mistoqsijiet dwar l-influwenza tat-tjur.  In-numru 7903 3044 huwa attivat 24 siegħa kuljum, sebat’ijiem fil-ġimgħa u għandu jintuża f’każ ta’ xi suspett relatat mal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow