10 persuni jirbħu rigali sbieħ permezz tal-Waste Cooking Oil CompetitioN
| Il-Ministru għall-Affarijiet | Rurali u l-Ambjent George Pullicino illum ippreżenta rigali lil 10 rebbieħa li ħadu sehem fil-kompetizzjoni tal-ġbir taż-żejt ta’ l-ikel. |
| Permezz ta’ dan il-proġett ambjentali | bi prova, imniedi mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent flimkien mal-Wasteserv, inġabar iż-żejt użat mid-djar biex jiġi evitat li dan jgħaddi fis-sistema tad-drenaġġ. Dan il-proġgett beda’ fit-30 ta’ Mejju, 2005. |
| Seba’ lokalitajiet li nkorporaw madwar | 21,000 dar kienu involuti f’dan il-proġett bi prova. L-ogħla rata ta’ parteċipazzjoni ntlaħqet fil-lokalità tan-Naxxar, segwita minn dik ta’ San Ġwann. |
| Il-lokalitajiet kienu n-Naxxar, San Ġwann, | San Ġiljan, Tas-Sliema, is-Swieqi, Pembroke u Ta’ Xbiex. |
| Id-djar ingħataw | l-opportunità li jiġbru ż-żejt użat tagħhom f’kontenitur tal-plastik li ngħatalhom. Meta dawn l-kontenituri mimlija ġew irritornati, dawn ġew ipproċessati f’biodiesel. Bħala inċentiv, il-partecipanti ngħataw biljett tal-lotterija. |
Ir-rebbieħa huma:
L-ewwel premju:
Maria G. Debono minn San Ġwann, li rebħet cruise ta’ ġimgħa għal żewġ persuni fil-Mediterran mogħti minn SMS Travel.
It-tieni premju:
Iris Mallia minn Ta' L-Ibraġ, li rebħet solar water heater Novotherm ta’ 130 litru minn Bajada Group u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.
It-tielet premju:
Alberta Pace mill-Ħamrun, li rebħet computer Pentium 4 + 17" flat screen, printer u scanner minn Compunet Ltd u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.
Ir-raba’ premju:
| Georgette | Bezzina min-Naxxar, li rebħet Samsung Eco Air Conditioner SH12 APG mingħand Sound Machine u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries. |
| Il-ħames | premju: |
| John Vella | minn Pembroke li rebaħ Bloomberg cooker mingħand Phoenix Group u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries. |
Is-sitt premju:
Brian Galea minn B' Kara li rebaħ treadmill mingħand Tip Top Sports Ltd u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.
Is-seba’ premju:
Rita Zammit minn Tas-Sliema li rebħet tmien vouchers għal ġurnata fil-Fortina Spa Resort u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.
It-tmien premju:
Diana Vella minn Tas-Sliema, li rebħet voucher ta’ Lm150 mingħand ASL Company Ltd u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.
Id-disa’ premju:
Carmelo Fenech minn St Julian’s, li rebaħ voucher ta’ Lm100 mingħand The Body Shop u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.
L-għaxar premju:
Ritalin Magro minn Tas-Sliema, li rebħet voucher ta’ Lm100 għall-biodiesel mingħand EORC Group u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.
Stqarrijiet Oħra:
PR261952
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...
PR261951