Left arrow Go Back

10 persuni jirbħu rigali sbieħ permezz tal-Waste Cooking Oil CompetitioN

pr0211
Date Icon 13/02/2006
Il-Ministru għall-AffarijietRurali u l-Ambjent George Pullicino illum ippreżenta rigali lil 10 rebbieħa li ħadu sehem fil-kompetizzjoni tal-ġbir taż-żejt ta’ l-ikel.
Permezz ta’ dan il-proġett ambjentalibi prova, imniedi mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent flimkien mal-Wasteserv, inġabar iż-żejt użat mid-djar biex jiġi evitat li dan jgħaddi fis-sistema tad-drenaġġ. Dan il-proġgett beda’ fit-30 ta’ Mejju, 2005.
Seba’ lokalitajiet li nkorporaw madwar21,000 dar kienu involuti f’dan il-proġett bi prova. L-ogħla rata ta’ parteċipazzjoni ntlaħqet fil-lokalità tan-Naxxar, segwita minn dik ta’ San Ġwann.
Il-lokalitajiet kienu n-Naxxar, San Ġwann,San Ġiljan, Tas-Sliema, is-Swieqi, Pembroke u Ta’ Xbiex.
Id-djar ingħatawl-opportunità li jiġbru ż-żejt użat tagħhom f’kontenitur tal-plastik li ngħatalhom. Meta dawn l-kontenituri mimlija ġew irritornati, dawn ġew ipproċessati f’biodiesel.  Bħala inċentiv, il-partecipanti ngħataw biljett tal-lotterija.

Ir-rebbieħa huma:

L-ewwel premju:

Maria G. Debono minn San Ġwann, li rebħet cruise ta’ ġimgħa għal żewġ persuni fil-Mediterran mogħti minn SMS Travel.  

It-tieni premju:

Iris Mallia minn Ta' L-Ibraġ, li rebħet solar water heater Novotherm ta’ 130 litru minn Bajada Group u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.  

It-tielet premju:

Alberta Pace mill-Ħamrun, li rebħet computer Pentium 4 + 17" flat screen, printer u scanner minn Compunet Ltd u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.  

Ir-raba’ premju:

GeorgetteBezzina min-Naxxar, li rebħet Samsung Eco Air Conditioner SH12 APG mingħand Sound Machine u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.
Il-ħamespremju:
John Vellaminn Pembroke li rebaħ Bloomberg cooker mingħand Phoenix Group u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.

Is-sitt premju:

Brian Galea minn B' Kara li rebaħ treadmill mingħand Tip Top Sports Ltd u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.  

Is-seba’ premju:

Rita Zammit minn Tas-Sliema li rebħet tmien vouchers għal ġurnata fil-Fortina Spa Resort u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.  

It-tmien premju:

Diana Vella minn Tas-Sliema, li rebħet voucher ta’ Lm150 mingħand ASL Company Ltd u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.  

Id-disa’ premju:

Carmelo Fenech minn St Julian’s, li rebaħ voucher ta’ Lm100 mingħand The Body Shop u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.

L-għaxar premju:

Ritalin Magro minn Tas-Sliema, li rebħet voucher ta’ Lm100 għall-biodiesel mingħand EORC Group u vjaġġ għal żewġ persuni għal Sqallija minn Virtu’ Ferries.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow