Left arrow Mur Lura

Programm regolari ta’ monitoraġġ u sorveljanza f’Malta bħala prekawzjoni kontra t-tixrid tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur

pr0205
Date Icon 11/02/2006

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jirreferi għal rapporti li ġew identifikati xi ċinji mejtin fi Sqallija u li fuqhom instab il-virus ta’ l-influwenza tat-tjur. 

Il-Ministeru baqa’ għaddej bil-miżuri ta’ prekawzjoni kontra t-tixrid ta’ dan il-virus u għadu għaddej bi program regolari ta’ monitoraġġ u sorveljanza fuq kampjuni ta’ għasafar.  Dan il-monitoraġġ jikkonferma li sal-lum, Malta hija ħielsa mill-virus ta’ l-influwenza tat-tjur u għalhekk ma jeżistix lok għall-allarm. 

Id-Diviżjoni ta’ l-Ikel u l-Attivita’ Veterinarja fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, qed issegwi mill-qrib l-aħħar żviluppi li qed iseħħu.  Id-Diviżjoni tinsab f’kuntatt kontinwu ma’ l-awtoritajiet veterinarji Taljani u ta’ l-Unjoni Ewropea biex tkun f’pożizzjoni li tieħu azzjoni mmedjata skond ma jkun deċiż fuq bażi xjentifika. 

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ifakkar fin-numri ta’ emerġenza.   In-numru freephone 8007 2211 huwa attivat matul il-ħin ta’ l-uffiċċju u li fuqu għandhom ikunu ndirizzati xi mistoqsijiet dwar l-influwenza tat-tjur.  In-numru  7903 3044 huwa attivat 24 siegħa kuljum, sebat’ijiem fil-ġimgħa u għandu jintuża f’każ ta’ xi suspett relatat mal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur. 

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent se jibqa’ jżomm lill-pubbliku infurmat. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow