Left arrow Go Back

IL-GVERN JERĠA JTENNI LI L-PARTIT TA’ L-OPPOŻIZZJONI GĦADU MA JIFHIMX ID-DIFFERENZA BEJN ATTIVITAJIET TAL-GVERN U ATTIVITAJIET TA’ PARTIT.

pr0204
Date Icon 11/02/2006

B’riferenza għal dak li qal illum il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Dr Alfred Sant dwar il-Laqgħa ta’ Djalogu li għamel il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi nhar l-Erbgħa li għadda, il-Gvern jerġa jtenni li hija ħasra li l-Partit Laburista għadu ma jifhimx id-differenza bejn attivitajiet tal-Gvern u attivitajiet ta’ Partit.   

Il-Laqgħa ta’ Djalogu tal-Prim Ministru li saret fl-Iskola Primarja ta’ Birkirkara kienet attivita’ tal-Gvern miftuħa għal kulħadd.  Kull min xtaq li jissieħeb fid-diskussjoni wiesgħa li għaddejja bħalissa fil-pajjiż dwar kif l-aħjar jintużaw ’il fuq minn 800 miljun euro li Malta ser tibbenefika mill-Ewropa, seta’ jipparteċipa. 

Bl-argument tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru l-anqas ma jmissu jilqa’ l-pubbliku ġewwa l-bini ta’ Kastija għal-laqgħat ta’ djalogu, kif ilu jagħmel kemm ilu fil-kariga ta’ Prim Ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow