Left arrow Mur Lura

INAWGURATA WIRJA INTERATTIVA FIT-TORRI TA’ SAN LUĊJAN DWAR IL-ĦAJJA FL-IBĦRA MALTIN

pr0203
Date Icon 11/02/2006

Illum ġiet inawgurata wirja interattiva permanenti li tippermetti lill-viżitaturi jammiraw u jesploraw mill-qrib il-ħajja fl-ibħra ta’ madwarna.  

Il-wirja, li hija parti miċ-Ċentru Malti tax-Xjenza tas-Sajd fit-Torri ta’ San Luċjan, Marsaxlokk, tikkonsisti f’akkwarji b’bosta ħut li jgħix f’ambjenti differenti, vaski b’ħut ikbar fejn qed jiġi rriabilitati wkoll frieken tal-baħar protetti bil-liġi u wirja awdjo-viżiva li tispjega l-ekosistema kumplessa u affaxxinanti tal-baħar ta’ madwarna. 

“Il-Gvern qed jagħti importanza kbira lill-ambjent u l-edukazzjoni. L-edukazzjoni ambjentali hija l-unika triq li tiggarantixxi futur sostenibbli għalina u għal uliedna. Jeħtieġ li nkomplu nqajmu kuxjenza u nħeġġu l-apprezzament ta’ l-ambjent u l-ibħra ta’ madwarna,” qal il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino meta l-wirja ġiet inawgurata mill-Kummissarju għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi ta’ l-Unjoni Ewropea Dr Joe Borg. Għall-ftuħ kien preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja u Sajd Dr Francis Agius. 

“Bla ebda dubju, wieħed mill-ikbar riżorsi li għandna fil-gżira tagħna huwa l-baħar. Barra s-sajjieda li jaqilgħu l-għixien tagħhom dirett mill-baħar, u jipprovdulna ħut frisk u varjat, wieħed jista’ jgħid li l-baħar hu l-uniku post miftuħ imdaqqas, fejn kemm il-Maltin kif ukoll il-ħafna turisti li jżuruna jistgħu jitpaxxew bil-ġmiel tal-ħolqien,” qal il-Ministru Pullicino. 

Il-Kummissarju Borg qal: “Fl-ewwel sena tiegħi bħala Kummissarju għas-Sajd u l_Affarijiet Marittimi, żort l-20 pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea li jmissu mal-baħar. B’hekk kelli l-opportunità li nifhem ħafna iżjed is-settur tas-sajd u l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali marbuta miegħu. 

“Il-politika ta’ l-Unjoni Ewropa fil-qasam tas-sajd hija mmirata biex twassal, tul medda ta’ żmien, għal ekwilibrju bejn sfruttament sostenibbli tar-risorsi ta’ l-ibħra u l-ħarsien ta’ l-ispeċi marittimi.”

Is-Segretarju Parlamentari Agius fakkar li ċ-ċentru ta’ l-akwakultura qed jaħdem flimkien mas-settur privat biex fil-fish farms jitkabbar ħut ieħor barra mill-ispnott, l-awrat u t-tonn. “L-aċċjola hija ħuta promettenti għas-settur ta’ l-akwakultura u jekk f’Malta jirnexxielna nkabbru l-aċċjola fil-fish farms ikun akkwist importanti għall-pajjiżna,” qal Dr Agius. 

“Permezz ta’ sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea issa aħna nistgħu napplikaw għall-fondi biex b’hekk, dan is-settur jkun jista’ jibbenefika minn għajnuna finanzjarja. Illum nista nħabbar li taht il-programm ta’ FIFG 2004-2006 kumpanija Maltija ta’ l-akwakultura ser tibbenefika -il fuq minn 127,00 Euros f’għajnuna finanzjarja. Dan il-ftehim ġie iffirmat fit 30 ta’ Jannar 2006. Taħt l-istess programm ta’ għajnuna hemm ivvutati flus biex isiru Dry standing facilities. Din hija xi ħaġa ġdida li s-sajjieda li qabel kienu jitilgħu l-Italja biex jagħmlu l-manutenzjoni tad-dagħajjes tagħhom, issa ser ikunu jistgħu jagħmlu dan f’Malta stess. Dan ser ifisser li ser jinxtraw żewġ ‘cranes’ wieħed ta’ 50 tunnellata u l-ieħor ta’ 250 tunellata. Wieħed ikun jaħdem fuq l-art u l-ieħor għandu l-faċilita’ li jinżel taħt l-ilma u jerfgħa l-bastiment. Din il-facilita’ ser tipprovdi 16-il post fejn id-dgħajjes tas-sajjieda tista’ ssirilhom manutenzjoni. Dan ser isir f’Marsaxlokk u ser jiġi jiswa Lm1 miljun li minnhom 75% huma fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari. 

Għall-ftuħ kien hemm tfal mill-iskola primarja ta’ Marsaxlokk u San Anton School li wkoll qed itellgħu xogħol interessanti li għamlu huma stess favur il-ħarsien ta’ l-ambjent tal-baħar u li qed jiġi esibit f’dan iċ-ċentru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow