Left arrow Mur Lura

L-EkoSkola tagħti l-Green Flag lill-iskejjel li laħqu standards ambjentali

pr0198
Date Icon 09/02/2006

L-Ekoskola ppremjat l-ewwel żewġ skejjel li laħqu standards ambjentali internazzjonali minn mindu l-proġett tnieda f’Malta tliet snin ilu. Għaldaqstant Malta ingħaqdet ma’ 36 pajjiż ieħor fejn tittajjar l-International Green Flag minn skejjel li għandhom livelli ambjentali eċċellenti.

Iż-żewġ skejjel huma St Joseph ta’ Raħal Ġdid u Blata l-Bajda. Bħalissa hemm 29 skola li jieħdu sehem fil-proġett internazzjonali ta’ l-EkoSkola li huwa kkoordinat mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u n-Nature Trust. Il-mira tal-Gvern hija li sa l-aħħar ta’ din is-sena l-għadd ta’ skejjel li jieħdu sehem f’dan il-proġett jirdoppja. 

”Naħseb li l-maġġoranza l-kbira jaqblu miegħi li fortunatament illum jeżisti għarfien akbar dwar l-ambjent u dak kollu relatat miegħu. Dan ma jseħħx b’kumbinazzjoni u dak li qed naraw illum huwa frott snin ta’ investiment u inizjattivi mill-Gvern, bl-għajnuna ta’ l-organizzazzjonijiet non-governattivi, f’dan il-qasam,” qal il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino, waqt seminar organizzat min-Nature Trust bil-għan li dawk l-iskejjel li qegħdin fil-proġett jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ xulxin u jħajru rappreżentanti ta’ skejjel oħra biex jingħaqdu f’din l-inizjattiva.  

”Il-Gvern qed jinvesti bis-sħiħ fl-edukazzjoni ambjentali għaliex jemmen li din hija ċ-ċavetta għal aktar responsabbiltà, għarfien u mġieba aħjar. L-EkoSkola hija eżempju mill-aqwa ta’ edukazzjoni ambjentali. Barra minnhekk kif jgħidu l-Ingliżi, bl-edukazzjoni ’we catch them young’  u aħna nemmnu li t-tfal huma l-aqwa ambaxxaturi favur l-ambjent għaliex nemmnu li biex ikollna futur sostenibbli rridu ninvestu f’kuxjenza ambjentali fit-tfal minn ċkunithom,” qal il-Ministru Pullicino.  

L-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva huwa li tixpruna lill-istudenti u tħeġġiġhom jieħdu sehem attiv fid-deċiżjonijiet kemm fl-iskola, kif ukoll fil-komunità fejn hija mwaqqfa l-iskola. L-isfida li nħarsu u nimmaniġġjaw l-ambjent b’mod sostenibbli mhijiex biss ir-responsabbiltà tal-Gvern imma ta’ kull wieħed u waħda minna. Il-Ministru Pullicino ħeġġeġ ukoll il-kunsilli lokali biex jersqu iktar lejn l-iskejjel u jtuhom l-għajnuna li jeħtieġu fil-ħidma komuni favur l-ambjent u rringrazzja lis-Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Gdid, ta’ l-appoġġ li ta lill-iskola ta’ St Joseph, fil-proġett ta’ l-EkoSkola.   

Il-programm EkoSkola tnieda fl-1994 mill-Foundation for Environmental Education u issa jinkludi ’l fuq minn 13,000 skola mad-dinja kollha. L-għan tal-proġett huwa li jimmobilizza u jħeġġeġ lill-istudenti jieħdu sehem attiv fid-deċiżjonijiet ambjentali fl-iskola u fil-komunità. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow