Left arrow Mur Lura

Il-Ministru George Pullicino jżur l-iskola ġdida tas-St. Michael Foundation

pr0185
Date Icon 08/02/2006

L-investiment fl-edukazzjoni ambjentali ta’ l-istudenti huwa l-aħjar mod kif nassiguraw futur sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri. 

Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino meta kien qed iżur l-iskola sekondarja ġdida tas-St. Michael Foundation f’Tal-Balal, limiti ta’ San Ġwann.  L-iskola, li se tiġi inawgurata uffiċjalment fir-rebbiegħa, tesa’ sa’ 400 student. 

Waqt iż-żjara, l-Ministru Pullicino ddiskuta l-ambjent ma’ wħud mill-istudenti u l-importanza li dan jitħares bl-aħjar mod possibbli permezz ta’ mġieba favur l-ambjent.  

Flimkien mal-kapijiet ta’ l-iskola Alfred u Anne Marie Carabott, il-Ministru ddiskuta wkoll il-proġett ta’ l-EkoSkola li l-Gvern imexxi flimkien man-Nature Trust.  L-għan ta’ l-EkoSkola huwa li jħeġġeġ u jrawwem fit-tfal it-tagħlim u l-kuxjenza ambjentali mhux biss fl-iskola li jattendu, imma wkoll fl-ambjent u l-komunità tal-madwar. 

Il-Ministru George Pullicino fakkar kif s’issa hemm 29 skola li jagħmlu parti mill-inizjattiva EkoSkola u l-mira tal-Gvern hija li dan in-numru jirdoppja sa l-aħħar ta’ din is-sena. Il-Ministru Pullicino qal li għada se jsir seminar fejn se jiġi ppreżentat l-ewwel International Green Flags lill-żewġ skejjel minn mindu beda l-proġett ta’ l-EkoSkola tliet snin ilu.  

Rappreżentanti ta’ l-iskejjel li jagħmlu parti mill-proġett u oħrajn li huma interessati li jidħlu f’dan il-proġett se jattendu dan is-seminar biex jisimgħu l-esperjenzi ta’ xulxin u jingħataw ukoll għodda edukattivi għat-tixrid tat-tagħlim dwar l-ambjent. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow