Left arrow Mur Lura

Il-Ministru għall-Ambjent Taljan għal żjara f’Malta

pr0182
Date Icon 08/02/2006

Il-Ministru għall-Ambjent Taljan, Altero Matteoli se jagħmel żjara f’Malta nhar it-Tlieta 14 ta’ Frar 2006 wara li aċċetta stedina li saritlu mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino. 

Matul iż-żjara ta’ ġurnata, l-Ministru Matteoli se jkollu laqgħa uffiċjali mal-Ministru Pullicino u li matulha delegazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi mistennija jiddiskutu temi ta’ interess bilaterali.  

Id-diskussjonijiet uffiċjali se jikkonċentraw fuq il-pjanijiet tal-Gvern Malti għall-immaniġġjar ta’ l-iskart u dwar l-oqsma ambjentali fejn jista’ jkun hemm aktar  koperazzjoni u assistenza bejn iż-żewġ pajjiżi. 

Id-delegazzjoni tal-Gvern Malti fil-laqgħat mad-delegazzjoni Taljana se tinkludi uffiċjali mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u mill-WasteServ Malta Ltd. 

L-Onor. Altero Matteoli ilu Ministru għall-Ambjent minn Ġunju ta’ l-2001 wara li kien serva fl-istess kariga wkoll fl-1994.   

Minbarra l-ambjent, il-Ministru Matteoli huwa responsabbli wkoll mill-ħarsien tat-territorju ta’ l-Italja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow