Il-Ministru għall-Ambjent Taljan għal żjara f’Malta
Il-Ministru għall-Ambjent Taljan, Altero Matteoli se jagħmel żjara f’Malta nhar it-Tlieta 14 ta’ Frar 2006 wara li aċċetta stedina li saritlu mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino.
Matul iż-żjara ta’ ġurnata, l-Ministru Matteoli se jkollu laqgħa uffiċjali mal-Ministru Pullicino u li matulha delegazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi mistennija jiddiskutu temi ta’ interess bilaterali.
Id-diskussjonijiet uffiċjali se jikkonċentraw fuq il-pjanijiet tal-Gvern Malti għall-immaniġġjar ta’ l-iskart u dwar l-oqsma ambjentali fejn jista’ jkun hemm aktar koperazzjoni u assistenza bejn iż-żewġ pajjiżi.
Id-delegazzjoni tal-Gvern Malti fil-laqgħat mad-delegazzjoni Taljana se tinkludi uffiċjali mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u mill-WasteServ Malta Ltd.
L-Onor. Altero Matteoli ilu Ministru għall-Ambjent minn Ġunju ta’ l-2001 wara li kien serva fl-istess kariga wkoll fl-1994.
Minbarra l-ambjent, il-Ministru Matteoli huwa responsabbli wkoll mill-ħarsien tat-territorju ta’ l-Italja.
Other Press Releases:
PR261952
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...
PR261951