Rapport dwar l-Effiċjenza tal-Kunsilli Lokali
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ippubblika u qed iqassam lill-Kunsilli Lokali, t-tielet Rapport għas-sena 2004 dwar l-Effiċjenza tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali li jkopri l-perjodu Awissu - Novembru 2004, l-ewwel Rapport għas-sena 2005 li jkopri l-perjodu Diċembru 2004 – Marzu 2005, u t-tieni Rapport għas-sena 2005 li jkopri l-perjodu April – Lulju 2005.
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern poġġa dawn ir-Rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti illum, 7 ta’ Frar 2006.
Dawn huma t-tnejn u tletin, it-tlieta u tletin u l-erbgħa u tletin Rapport li qed jitressqu fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Fl-ewwel rapport wieħed jista’ janalizza fid-dettal ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru bejn Awissu – Novembru 2004, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu Awissu – Novembru 2003, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn Awissu – Novembru 2004.
Fit-tieni rapport wieħed jista’ janalizza fid-dettal ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru bejn Diċembru 2004 – Marzu 2005, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu Diċembru 2003 – Marzu 2004, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn Diċembru 2004 – Marzu 2005.
Fit-tielet rapport wieħed jista’ janalizza fid-dettal ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet li saru bejn April – Lulju 2005, kif ukoll iqabbel kemm mar-riżultati li kienu jkopru l-perjodu April – Lulju 2004, kif ukoll mal-marka medja attwali tal-Kunsilli Lokali assessjati bejn April – Lulju 2005.
Fl-ewwel perjodu d-Dipartiment spezzjona u analizza terz tal-Kunsilli Lokali, tmintax Kunsill Lokali f’Malta u erbgħa f’Ghawdex.
Fit-tieni perjodu d-Dipartiment spezzjona u analizza terz ieħor tal-Kunsilli Lokali, għoxrin Kunsill Lokali f’ Malta u tnejn f’ Għawdex.
Fit-tielet perjodu d-Dipartiment spezzjona u analizza t-tielet terz tal-Kunsilli Lokali, sittax Kunsill Lokali f’ Malta u tmienja f’ Għawdex.
Fil-konklużjoni tat-tliet rapporti qed toħroġ statistika li turi l-Kunsill Lokali bl-ogħla marka medja, kif ukoll il-Kunsill Lokali bl-anqas marka medja.
Other Press Releases:
PR261952
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...
PR261951