Left arrow Go Back

Nefqa oħra ta’ Lm25,000 għaż-Żoni Industrijali

pr0178
Date Icon 07/02/2006
“F’inqasminn sitt xhur, ser ikunu twaħħlu xejn inqas minn 154 bozza ġdida, fi proċess ta’ up-grading għas-sistema eżistenti tad-dawl fit-toroq ta’ l-Imrieħel, tal-Ħandaq u tal-Mosta.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed waqt laqgħa li saret ma’ sidien tan-negozji fiż-Żona Industrijali tal-Ħandaq.
Is-SegretarjuParlamentari spjega li “din in-nefqa tagħmel parti minn proġett kontinwu ta’ titjib u organizzazzjoni li s-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed huwa determinat li jwettaq, fit-toroq ta’ diversi żoni industrijali.  Dan id-dawl ġdid qed jiġi nstallat fiż-Żoni Industrijali ta’ l-Imrieħel, il-Ħandaq u Targa Gap fil-Mosta.  F’dawn iż-żoni biss hemm xejn inqas minn 3000 persuna li jaqilgħu l-għixien tagħhom minn xi forma ta’ negozju, li huwa bbażat fiż-żoni industrijali u li qegħdin jiġġeneraw ix-xogħol.”
Il-problemata’ nuqqas ta’ dawl adekwat f’xi toroq ta’ dawn iż-żoni kienet identifika bħala riżultat ta’ diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni li s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo żamm ma’ sidien ta’ negozji minn dawn l-istess żoni.
“Hekkkif is-sidien tan-negozji ressqulna l-problemi tagħhom, ittieħdet azzjoni immedjata, u s-Segretarjat ħa l-inizjattiva sabiex jinbeda l-proċess biex dawn il-bozoz neqsin jitwaħħlu fl-iqsar żmien possibbli.  Bi ftehim dirett mal-korporazzjoni Enemalta, sar il-ħlas ta’ LM25,000 bil-quddiem, biex b’hekk bħalissa ninsabu fl-aħħar fażi tat-twaħħil ta’ dawn il-bozoz.”
Is-SegretarjuParlamentari Edwin Vassallo, temm jgħid li hu ser iżomm l-impenn tiegħu li jkompli jwettaq aktar titjib f’dawn iż-żoni industrijali, għax jemmen li kull nefqa li qed tiġi minfuqa ma hija xejn għajr investiment għaqli, li ser jgħin lin-negozji żgħar ikomplu jikbru, u jiġġeneraw aktar xogħol u impjiegi ġodda.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow