Left arrow Go Back

Jum il-ħajja 2006 - Lejn kwalita` ta’ ħajja aħjar

pr0168
Date Icon 05/02/2006

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja ta’ din is-sena, il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali jixtieq li jiffoka b’mod speċjali fuq it-tema tal-Kwalita` tal-Ħajja.  Il-ħajja hija rigal mill-isbaħ, iżda xi drabi jkun hemm ċirkostanzi, bħal faqar, id-diskriminazzjoni, il-vjolenza domestika u kif ukoll mard, kemm fiżiku jew mentali, li jnaqqsu l-kwalita` u d-dinjita` tal-ħajja umana.  

F’dan il-Jum, li fih nirriflettu dwar il-valur tal-ħajja, l-ewwel ħsieb imur lejn it-tfal u ż-żgħażagħ.  Messaġġ li dan il-Ministeru jixtieq jwassal f’dan il-Jum huwa dwar il-fostering.  Dan hu ġest nobbli li qed jidħlu għalih ħafna familji, anke b’sagrifiċċju personali, u nixtiequ li f’pajjiżna jkompli jiżdied.    

Minn statistika li għadha kemm inġabret mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali, nafu li mis-sena 2000 sa’ l-2005, in-numru ta’ tfal li huma f’foster care żdiedbi tliet darbiet. 

Mod ieħor kif il-kwalita’ tal-ħajja tista’ titmermer huwa frott tal-abbuż mid-droga, l-alkoħol u vizzji oħra.  Il-Ministeru għalhekk jixtieq irodd ħajr lil dawk l-agenziji kollha, kemm ta’ l-istat u wkoll mhux governattivi, għal-ħidma tagħhom f’dan il-qasam: mhux biss fil-kura iżda wkoll fil-prevenzjoni. 

Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali jawgura wkoll lill-NGOs kollha li jaħdmu fil-kamp soċjali ħidma fejjieda sabiex ix-xogħol tagħhom tassew jikkontribwixxi għal ħajja aħjar tan-nies li jebbenefikaw mis-servizzi tagħhom. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow