Left arrow Go Back

“Jeħtieg li nibdew naħsbu iżjed dwar kif inkabbru n-negozji tagħna f’pajjiżi oħra” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

pr0162
Date Icon 03/02/2006
“F’pajjizna għandna negozji li għandhom struttura organizzata tajjebħafna, iżda ma jistgħux jibqgħu ikarkru l-attivita` tagħhom f’dan is-suq Malti.  Flimkien irridu nitgħallmu kif nisfruttaw aħjar il-pożizzjoni li issa għandhom in-negozji tagħna bħala negozji f’pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed kien qiegħed jitkellem waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha ġiet imnedija pubblikazzjoni dwar konsulenti fuq programmi ta’ l-Unjoni Ewropea.  Preżenti wkoll għal din l-attivita’ kien hemm rappreżentanti minn madwar għoxrin kumpanija ta’ konsulenza, kif ukoll rappreżentanza minn għaqdiet tan-negozju li qegħdin jipparteċipaw fl-inizjattiva tas-Segretarjat biex aktar negozji jieħdu sehem fi programmi ta’ l-Unjoni Ewropea.  Rappreżentati wkoll waqt il-konferenza kien hemm il-GRTU, l-MHRA, l-FOI, il-Malta Chamber of Commerce and Enterprise, il-Malta Institute of Management, u l-Malta Employers Association.
L-Onor. Edwin Vassallo saħaq fuq il-kunċett li n-negozji li qegħdin jaħsbuli jkabbru l-attivita` tagħhom jibdew jippjanaw kif din l-attivita` jkabbruha f’ekonomiji oħra.  Is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll fuq is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, u qal li “pajjiżna daħal fl-Unjoni Ewropea biex jiffaċilita t-tkabbir tan-negozji tagħna fis-suq Ewropew, kif wkoll fi swieq oħra barra mill-Unjoni Ewropea.  L-Unjoni Ewropea hija dik li nagħmluha aħna, u għaldaqstant, min qiegħed fin-negozju u jrid ikabbar l-attivita` kummerċjali tiegħu, irid jibda’ jahseb kif juża l-vantaggi li tagħtiħ is-sħubija.”
“L-attivita` kummerċjali Maltija trid tmur fuq l-offensiva u tattakkaswieq oħra bin-negozju tagħha. Filwaqt li nzommu l-attivita` kummerċjali li għandna f’Malta u l-bażi tan-negozji tagħna f’pajjizna, irridu nibdew naraw in-negozji tagħna jiftħu negozji oħra f’pajjizi oħra, speċjalment f’dawk il-pajjiżi li għadhom kif issieħbu magħna fl-Unjoni Ewropea.  Minn dan il-ħsieb, il-Gvern huwa mpenjat li jara li dan l-idejal isir realta`, biex b’hekk ngħinu l-imprendituri tagħna, sidien ta’ negozji zgħar, jibdew jiskopru aktar din ir-realta`.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo semma wkoll l-inizjattiva li ħas-Segretarjat li għandha twassal biex 300 imprenditur Malti jipparteċipaw fi progetti ta’ l-Unjoni Ewropea.  L-Onor. Vassallo qal li “bħala Segretarjat qegħdin naħdmu biex din is-sena, 2006, ngħinu 300 imprenditur/sid ta’ negozju jieħdu sehem fi programmi ta’ l-Unjoni Ewropea, li l-għan tagħhom hu li jlaqqa’ imprendituri flimkien minn pajjiżi differenti, biex fl-istess suq Ewropew jitkattar il-kummerċ.  S’issa għandna madwar 150 imprenditur li qegħdin naħdmu biex ngħinuhom jipparteċipaw fi progetti ta’ l-Unjoni Ewropea, kemm bi żjarat barra, kif ukoll bil-miġja ta’ konsulenti speċjalizzati hawn Malta.  Kienet ħaga relativament faċli li nsibu l-ewwel 150 imprenditur, iżda issa rridu naħdmu biex insibu 150 imprenditur ieħor u b’hekk nilħqu l-għan tagħna.
“Għalhekk, b’sodisfazzjon illum qiegħed nippubblika għall-ewwel darba,lista li maz-zmien tiġi aġġornata, li tinkludi l-konsulenti li laqgħu s-sejħa pubblika tagħna biex dawn ikunu konsulenti li jaħdmu ma’ negozji Maltin fl-applikazzjonijiet u l-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi ta’ l-Unjoni Ewropea.
“Il-ħidma tas-Segretarjat qegħda tevolvi f’ħidma ta’ kordinazzjonili tlaqqa’ s-sidien tan-negozji ma’ programmi mressqa minn dawn il-konsulenti, u għalhekk inkunu qegħdin ngħinu lil dawn in-negozji jipparteċipaw f’dawn il-programmi.  Biex inkomplu niffaċilitaw il-burokrazija li teżisti f’dan l-eżerċizju, is-Segretarjat diversi drabi qiegħed japplika hu għal dawn il-programmi f’isem numru ta’ negozji oħra, u b’hekk inkunu qegħdin niffaċilitaw il-proċess li jinvolvi dawn il-programmi.
Din il-ħidma tinvolvi wkoll lill-għaqdiet tan-negozji, li llum humaprezenti hawn, għaliex il-parteċipazzjoni ta’ dawn l-għaqdiet hija wkoll ta’ għajnuna biex ikollhom il-parteċipazzjoni tas-sidien tan-negozji tagħna.”
Fi tmiem il-konferenza ta’ l-aħbarijiet, taw il-kummenti tagħhom ukollrapprezentanti mid-diversi entitajiet preżenti, li faħħru l-inizjattiva tas-Segretarjat, u l-ispinta li din l-inizjattiva qiegħda tagħti lill-programmi ta’ l-Unjoni Ewropea u lin-negozji zgħar f’pajjizna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow