Left arrow Go Back

Monument lill-Arċipriet Saverio Cassar

pr0159
Date Icon 03/02/2006
Quddiem l-għola awtoritajiet ċivili u ekklesjastiċi ta’ Għawdex, ufolla numeruża ta’ tfal ta’ l-iskejjel u Għawdxin, dalgħodu, il-President ta’ Malta l-E.T. Dr. Edward Fenech Adami inawgura monument li jfakkar lill-patrijott Għawdxi, l-Arċipriet Saverio Cassar.
Il-monument fi Pjazza Indipendenza twaqqaf f’għeluq il-mitejn sena mill-mewtta’ l-Arċipriet Cassar li fl-1798 mexxa lill-Għawdxin kontra l-qawwiet ta’ Napuljun Bonaparti. Huwa kien ġie maħtur bħala kap tal-Gvern f’Għawdex meta għal sentejn sħaħ, il-gżira Għawdxija kienet amministrattivament maqtugħa minn Malta peress li Malta kienet għadha taħt il-ħakma tal-Franċiżi.
Il-monument ġie mwaqqaf minn kumitat maħtur mill-Onor Giovanna Debono,Ministru għal Għawdex. F’kelmtejn ta’ l-okkażjoni, il-Ministru fakkret li dan kien wieħed mill-akbar partijotti li qatt ipproduċa Għawdex u huwa wieħed minn sensiela ta’ nies Għawdxin li ddistingwew ruħhom f’diversi oqsma tal-ħajja u li jixirqilhom li jingħataw ġieħ. Hija qalet li kien xieraq li jsir dan il-mafkar għaliex ifakkar persunaġġ li ħabb verament lil art twelidu u ta’ dan, għal mitejn sena sħaħ il-memorja tiegħu kienet kważi intesiet għal kollox.
L-E.T. il-President qal li mal-kisba ta’ l-Indipendenza, il-poplu Malti uGħawdxi sar aktar konxju ta’ ġrajjiet u persunaġġi li jsawru l-istorja u l-identita’ tagħna u f’dawn l-aħħar snin, żdied in-numru ta’ monumenti li jfakkru ġrajjiet u persunaġġi bħal dawn. Huwa qal li l-Arċipriet Cassar huwa wieħed minn dawn li stħoqqilhom tifkira xierqa.
Il-Professur Mons Joseph Bezzina għamel id-diskors kommemorattiv filwaqt lis-Sur Anton F. Attard qara saffika dwar l-Arċipriet Cassar u l-ħidma tiegħu. Kor magħmul minn tfal mill-iskejjel primarji ta’ Għawdex taw timbru kontemporanju lil din il-ġrajja u bil-kant tagħhom animaw iċ-ċerimonja.
Il-monument sar fuq disinn tas-Sur George Vella u jinkludi bust ta’ l-ArċiprietCassar u plakka li turi l-Kapitulazzjoni tal-Franċiżi f’Għawdex li ġew skolpiti mill-Kav. Michael Camilleri Cauchi u fonduti fil-bronż fil-fonderija ta’ Joe Chetcuti.
Fi tmiem iċ-ċerimonja, il-monument tbierek mill-E.T. Mons. Mario Grech,Isqof ta’ Għawdex. F’kelmtejn ta’ l-okkażjoni, Mons. Mario Grech qal li jħossu kburi li l-ewwel ċerimonja ċivili li kien qed jattendi uffiċċjalment, kienet proprjament din li tfakkar ir-rwol li kellu saċerdot bħalu, biex jgħin lil ħutu l-bnedmin, mhux biss f’dak li huwa spiritwali imma wkoll f’dak soċjali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow