Is-sitwazzjoni fil-Pitkali Crates Ltd
pr0150
02/02/2006
| Il-Ministeru għall-Affarijiet | Rurali u l-Ambjent ta xahar ċans lit-tmexxija tal-Pitkali Crates Limited biex ittejjeb il-kwalità tal-ħasil tal-kaxxi li joħorgu mill-facilità, għall-użu tal-bdiewa. |
| Il-Pitkali | Crates Ltd hija kumpannija mmexxija minn numru ta’ għaqdiet u għandha ‘management agreement’ mal-Gvern li permezz tiegħu, tieħu persentaġġ mingħand il-Gvern fuq il-volum ta’ ħaxix li jgħaddi mill-Pitkalija għall-ħasil tal-kaxxi tal-ħaxix. |
| Il-Ministru, | flimkien mad-Direttur ta’ l-Agrikoltura u ufficjali oħra, għamlu żjara dalgħodu fil-kumpless tal-Pitkalija f’Ta’ Qali, li jinkludi wkoll il-faċilità mmexxija mill-Pitkali Crates Ltd. Dan sar wara li fl-aħħar xhur waslu diversi lmenti fil-Ministeru, kemm minn bdiewa direttament, kif ukoll fuq il-mezzi tax-xandir, dwar il-fatt li ħafna mill-kaxxi qed joħorgu maħmuġin minkejja li suppost ikunu nħaslu. Fil-fatt minn spezzjoni li saret mill-uffiċċjali tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura nstab li minn mitt kampjun, ‘il fuq minn 70 kaxxa kienu maħmuga. |
| Din | mhix l-ewwel darba li t-tmexxija tal-Pitkali Crates kienet imwissija biex terfa’ r-responsabbilta’ tagħha u tara li l-kaxxi jingħataw nodfa lill-bdiewa. L-ewwel notifikazzjoni lill-Pitkali Crates Ltd intbagħtet fit-8 ta’ Gunju 2005 u wara rapport ieħor fil-ġurnali fil-jiem li għaddew, reġa’ ntalab rapport lill-kumpannija mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura dwar l-operat, liema rapport għadu ma wasalx sal-lum. |
| Wara | li ra l-kwalita’ ħażina ta’ l-indafa tal-kaxxi li qed joħorġu mill-faċilita’, id-Direttur ta’ l-Agrikultura bagħat għall-wieħed mid-Diretturi li wasal ftit tal-ħin wara, ma’ Direttur ieħor ta’ l-istess kumpanija. Huma ntalbu jagħmlu spezzjoni ta’ xi kaxxi li kienu lesti biex jinħarġu u jingħataw lill-bdiewa sabiex jikkonfermaw huma stess li l-kwalita’ tal-ħasil tal-kaxxi hija inaċċettabbli. |
| L-uffiċċjali | tal-Ministeru talbu li jaraw il-log book li juri n-numru ta’ spezzjonijiet fuq il-kaxxi tal-ħaxix li jsiru mill-management. Dan il-log book ma kienx ippreżentat. Il-Ministru talab li ssir laqgħa llum stess mad-Diretturi li jmexxu l-kumpannija Pitkali Crates Ltd. Immedjatament wara ż-żewġ diretturi telqu ‘l barra mill-faċilità fejn jinħaslu l-kaxxi tal-ħaxix. |
| Illum | stess f’ittra ffirmata mid-Direttur ta’ l-Agrikultura l-Pitkali Crates Ltd intalbet: |
· li tibda żżomm log book ta’ spezzjonijiet li jagħmel il-management; u
· li dan il-log book ikun aċċessibli għall-management tal-Pitkalija.
| Sadanittant, | id-Direttur ta’ l-Agrikoltura fl-istess ittra informa wkoll li l-management tal-Pitkalija ser iżomm id-dritt li jispezzjona l-operat tal-ħasil tal-kaxxi u se jagħti xahar żmien li fih isir assessment finali ta’ l-operat. |
| Wara | dan iż-żmien, tittieħed deċiżjoni finali dwar l-arrangament eżistenti bejn il-Gvern u l-Pitkali Crates Ltd. |
Other Press Releases:
PR261952
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...
PR261951