Left arrow Go Back

Korsijiet fl-imprenditorija ghal min jahdem ghal rasu (self employed)

pr0149
Date Icon 02/02/2006

“Qegħdin inkomplu naħdmu biex aktar nies fin-negozju jiksbu ħiliet li jgħinuhom biex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar.  Għal dan il-għan, is-Segretarjat tiegħi, b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment ta’ l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni Adulta fid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, kif ukoll mal-Ministeru għal Għawdex, qiegħed jorganizza t-tieni serje ta’ korsijiet fl-imprenditorija għas-self-employed.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li fiha tħabbru dawn il-korsijiet.  

L-Onor. Vassallo kompla billi ta dettalji tal-korsijiet.  

“Dawn il-korsijiet, li qegħdin jiġu offruti b’xejn, ser isiru f’ħameslokalitajiet, inkluż f’Għawdex, darbtejn fil-ġimgħa għal ħames ġimgħat.  Il-korsijiet ser isiru fi ġranet differenti, skond il-lokalita’:
It-Tnejn u l-ErbgħaRabat               Kunsill Lokali, 8, Triq l-Isptar
It-Tlieta u l-ĦamisSan Ġwann       Kunsill Lokali, 55, R. Caruana Dingli Str.
Il-Ħamis u l-ĠimghaBirkirkara         Birkirkara Civic Centre, Triq Tumas Fenech
It-Tnejn u t-TlietaAttard              Skola Primarja Tumas Dingli, Triq Ħal-Warda
Dawnil-korsijiet ser isiru bejn is-2.00 pm u l-4.00 pm.
F’Għawdexser isiru nhar ta’
Tlietau Ħamis                  Rabat         Sir Michelang Refalo, Centre for Further Studies

bejn is-7.00 pm u d-9.00 pm.  

Min ser jattendi u jieħu sehem f’dawn il-laqgħat ser ikun megħjun itejjeb il-kapaċitajiet tiegħu fis-segwenti suġġetti:-  

1.                  Żvilupp, etika u kummerċ ġust

2.                  L-iżvilupp ta’ intrapriża kummerċjali

3.                  L-elementi li jagħmlu negozju

4.                  Ħaddiema

5.                  Finanzi

6.                  Użu ta’ kompjuter

7.                  Żvilupp ta’ ħiliet

8.                  Promozzjoni tan-negozju

9.                  Kif tieħu ħsieb il-klijenti

10.                Kreattivita` u innovazzjoni fin-negozju.”  

Is-Segretarju Parlamentari kompla jgħid li “din is-sena s-Segretarjat ħadem biex iwettaq numru ta’ inċentivi dwar l-edukazzjoni fl-imprenditorija, li jagħmlu parti mill-Pjan ta’ Ħidma li jiġi ppubblikat kull sena.  Dan il-Pjan ta’ Ħidma huwa bbażat fuq iċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar, u bl-implimentazzjoni ta’ l-inċentivi fil-Pjan ta’ Ħidma qegħdin ukoll nimplimentaw iċ-Charter Ewropew.  Din il-ħidma hi parti minn ħidma oħra li qegħda ssir biex jiġu fis-seħħ dawn l-inizjattivi:  

  • Ser ikun ippubblikat ktejjeb b’informazzjoni ġenerali dwar il-proċeduri li jgħaddi minnhom min ikun irid jiftaħ negozju.  Dan il-ktejjeb huwa ta’ interess għal start-ups u ser jitqassam ukoll lill-istudenti ta’ l-MCAST ta’ l-aħħar sena.
  • Ser jiġi ppubblikat ukoll fuljett b’informazzjoni dwar il-liġijiet li jirregolaw in-negozju, biex dawn ikunu jinftiehmu faċilment.  Dan il-ktejjeb ukoll ser ikun imqassam lill-istudenti ta’ l-MCAST u lil dawk li qegħdin fin-negozju.
  • Qegħdin ikunu mgħejjuna biex jaslu għas-suċċess tagħhom l-iSCOOPS, Young Enterprise u Start-Up Malta, u dan il-metodu ta’ learning by doing huwa l-aħjar taħriġ fl-imprenditorija (entrepreneurship).
  • Fil-preżent għaddej proġett pilota (pilot project) fejn qegħdin nikkordinaw eżerċizzju ta’ għoti ta’ informazzjoni lill-istudenti tal-Kulleġġi ta’ l-MCAST ta’ l-aħħar sena, sabiex dawn ikollhom l-iżjed informazzjoni bażika rigward l-opportunitajiet li jista’ jkollhom f’karriera bħala imprendituri, fejn dawn qegħdin jiġu mistiedna biex jaħsbu fuq il-possibilta` li fil-ġejjieni jkollhom in-negozju tagħhom.
  • Qegħed jitħejja proċess li permezz tiegħu ser inkunu nistgħu nitkellmu ma’ ex-studenti tal-kulleġġi ta’ l-MCAST li diġa għandhom negozju, bil-ħsieb li l-kulleġġi ta’ l-MCAST maż-żmien ikunu sors ta’ lifelong learning għal ex-studenti li jkunu daħlu fid-dinja tal-kummerċ.
  • B’ħidma kkordinata flimkien ma’ Start-Up Malta, ser inkunu nistgħu nniedu inizjattiva li permezz tagħha,  ngħinu studenti universitarji li -  jew ikunu jixtiequ aktar informazzjoni fuq l-opportunitajiet fl-imprenditorija, - jew li jkunu jixtiequ jibdew in-negozju tagħhom waqt li għadhom studenti.

“B’dawn il-korsijiet, kif ukoll bix-xogħol l-ieħor li qiegħed isir dwar edukazzjoni fl-imprenditorija, qegħdin dejjem niffaċilitaw l-aċċess tas-self employed u s-sidien tan-negozji żgħar tagħna għall-edukazzjoni, biex b’hekk huma dejjem ikunu jistgħu jtejjbu x-xogħol u l-operat tagħhom.  

“F’pajjiżna diġa għandna kompetizzjoni li tixhed li hawn numru kbir ta’ imprendituri li qegħdin fin-negozju, iżda, minkejja l-ħafna li għandna, għad għandna post għal aktar attivita` kummerċjali.  Li jinħtieġ hu li jkollna min jidħol fin-negozju b’idejat ġodda.  Ma jistax jibqa’ jkollna ħafna negozji bħal bosta li diġa għandna, u allura għandna bżonn li min qiegħed fin-negozju jieħu bis-serjeta` l-kunċett tal-lifelong learning.  Dan ifisser li waqt li jkun fin-negozju jħarreġ l-abilita` tiegħu dwar kif jista’ jkun aktar innovattiv u hekk ikun aħjar fin-negozju tiegħu,” temm s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT  Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

PR261952

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Tliet Ambaxxaturi ġodda jippreżentaw...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

More Press Releases Right arrow