Kunsilli Lokali jipprovdu kura fil-komunità
pr0144
01/02/2006
| Illum ġie ffirmat ftehim bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa u żewġ | Kunsilli Lokali: dak tan-Naxxar u Raħal Ġdid, li jipprovdi biex dawn iż-żewġ kunsilli lokali jibdew jieħdu ħsieb il-bżonnijiet ta’ dawk li jbatu bid-diabete fil-lokalità tagħhom. Sal-lum dan is-servizz ta’ kura kien jiġi provdut mill-MMDNA. |
| Il-ħsieb wara din l-inizjattiva hu li jiġi | żviluppat servizz ta’ kura tas-saħħa għall-komunità mmexxi mill-istess komunità. Għalissa dan se jsir bi prova (pilot project) u jekk dan jirnexxi, kunsilli oħra jiġu offruti din l-opportunità biex huma wkoll jekk ikunu jridu jagħtu wkoll dan is-servizz. |
| Il-policy | tad-Diviżjoni tas-Saħħa minn dejjem kienet li dawk id-diabetiċi li jiddependu fuq l-insulina jiġu mgħallma kif huma stess jew membri tal-familja jamministraw l-insulina. Minkejja li sar ħafna xogħol f’dan ir-rigward, jibqa’ dejjem numru ta’ pazjenti li għal xi raġuni jew oħra jkollhom bżonn l-għajnuna fid-dar tagħhom. |
| Bil-ftehim tal-lum dawk il-pazjenti li | jkollhom xi diffikultà se jingħatalhom is-servizz ġo djarhom minn infermiera kwalifikati imqabdin b’kuntratt mal-Kunsill Lokali. Is-servizz se jkun immexxi kompletament mill-Kunsill pero` għandu diversi obbligi li jrid iħares fosthom li l-lista ta’ pazjenti tingħatalu mid-Dipartiment tal-Kura Primarja, li s-servizz jingħata kuljum bejn is-sebgħa u t-tmienja ta’ filgħodu u s-sitta u s-sebgħa ta’ filgħaxija nkluż il-Ħdud u l-festi, jinforma lid-Dipartiment bl-ismijiet ta’ l-infermiera magħżula biex jagħtu s-servizz. |
| Dan is-servizz mgħoti mill-Kunsill Lokali | joffri diversi vantaġġi fosthom dak li b’din is-sistema l-pazjenti se jibdew jieħdu l-insulina b’mod aktar regolari bejn is-sebgħa u t-tmienja ta’ filgħodu. Illum dan mhux dejjem hu possibbli minħabba li l-infermieri ta’ l-MMDNA ikollhom firxa usa ta’ pazjenti bir-riżultat li xi diabetiċi jieħdu l-insulina tagħhom ferm aktar tard. |
| F’kumment li ta Dr. Louis Deguara, | Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qal li diġà teżisti koperazzjoni bejn il-Ministeru u l-Kunsilli Lokali. Żewġ eżempji huma l-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali fil-kampanja tat-tilqim kontra l-influwenza u l-koperazzjoni fit-tmexxija ta’ Ċentri ta’ matul il-jum għall-anzjani. Issa qegħdin nagħmlu pass ieħor fejn il-kunsilli lokali se jamministraw servizz ta’ kura li sal-lum kien jingħata kompletament miċ-Ċentri tas-Saħħa u minn infermieri tal-MMDNA. Dan huwa esperiment li jekk jirnexxi kunsilli oħra jkunu jistgħu joffruħ huma wkoll lill-komunità rispettiva tagħhom. |
| Bil-ftehim bejn id-Diviżjoni tas-Saħħa | u l-Kunsilli Lokali s-servizzi tal-kura tas-saħħa qegħdin jitresqu aktar qrib il-pazjent. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261951
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...
PR261950en