Left arrow Go Back

5 miljun Euro għall-progetti ġodda finanzjati mill-Programm  ‘Interreg IIIA’, Italia-Malta

pr0138
Date Icon 01/02/2006
Għadhomkif ġew approvati proġetti ta’ valur totali ta’ €5.09 miljun li se jiġu finanzjati mill-Programm Italia-Malta, programm li jagħmel parti mill-Inizjattiva ta’ l-Unjoni Ewropea ‘Interreg IIIA’.
Ħdaxil-proġett ġew magħżula minn total ta’ 48 proġetti li ġew proposti minn organizzazzjonijiet Maltin u Taljani wara s-sejħa għall-applikazzjonijiet li nħarġet f’Lulju 2005.
Il-proġettimagħżula għandhom l-għan li jiżdiedu l-konnessjonijiet soċjo-ekonomiċi u kulturali bejn Malta u Sqallija, billi jinkoraġġixxu l-kooperazjoni bejn organizzazzjonijiet pubbliċi jew ekwivalenti, u għaqdiet mhux governattivi Maltin u Sqallin. Kull proġett jinvolvi mill-inqas sieħeb wieħed Malti.
Ħafnamill-proġetti jiffokaw fuq l-iżvilupp tal-identita’ kulturali ta’ Malta u Sqallija, fuq il-promozzjoni tal-wirt storiku u l-protezzjoni tal-ambjent naturali taż-żewg gżejjer. Dawn jinvolvu riċerka, bdil ta’ esperjenza, l-ippjanar ta’ rotot ġodda għat-turismu, il-promozzjoni ta’ tradizzjonijiet u ż-żieda fil-kooperazzjoni fis-settur tat-turismu f’Malta u Sqallija.
Il-proġettimistennija jibdew f’Marzu 2006 u jikkonkludu sa l-2008. Diversi tipi ta’ organizzazzjonijiet se jibbenefikaw mill-fondi tal-Programm Italia-Malta. Dawn jinkludu entitajiet pubbliċi, kunsilli lokali, universitajiet, għaqdiet u ċentri tar-riċerka. Aktar proġetti se jiġu magħżula fix-xhur li gejjin.
Il-ProgrammItalia-Malta għandu ‘budget’ ta’ €6.83 miljun, li minnu €5.12 miljun ġej mill-Fond Ewropew għall-Izvilupp Reġjonali (FEZR) ta’ l-Unjoni Ewropea.

Iktar informazzjoni fuq il-Programm Italia-Malta jista jinkiseb mill-‘websites’ tal- Managing Authority tal-Programm, il-Presidenza della Regione Siciliana (www.euroinfosicilia.it) u tal-Koordinatur Nazzjonali tal-Programm (Malta), id-Diviżjoni tal-Ippjanar u Ko-ordinazzjoni tal-Prioritajiet, Uffiċċju tal-Prim Ministru, (www.ppcd.gov.mt).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow