Proġett bi sħab mas-settur privat għall-organizazzjoni tal-Malta Jazz Festival
pr0135
31/01/2006
| Il-Malta Jazz Festival | illum huwa parti fissa mill-kalendarju kulturali sajfi ta’ pajjiżna. Dan il-festival huwa sinonimu mal-kwalita’ ta’ l-artisti li jieħdu sehem fih u ta’ mużika eċċezjonali. Huwa wkoll opportunita’ għal dawk li jħobbu l-mużika biex jiltaqgħu f’post mill-isbaħ, bħal ma hu taħt is-swar tal-belt fil-Port il-Kbir u hemm iqattgħu tliet serati japprezzaw l-arti mużikali. |
| Il-Malta Jazz Festival | din is-sena se jsir bejn il-21 u t-23 ta’ Lulju 2006. |
| Fil-preżenza | tal-Ministru Francis Zammit Dimech, fil-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura llum ġie ffirmat ftehim bejn il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u NnG Productions għall-organizazzjoni tal-Malta Jazz Festival. |
| Il-Ministru Zammit | Dimech qal li l-Malta Jazz Festival issa ilu jsir għal dawn l-aħħar 16-il sena u kiseb isem mhux biss mal-Maltin imma ukoll mal-barranin. |
| “Il-mużika jazz hija | meqjusa bħala waħda mill-iżjed espressjonijiet mużikali raffinati u ta’ eċċellenza. Kburin li fil-passat ospitajna wħud mill-aqwa esponenti ta’ dan il-ġeneru. Irid hawn nirringrazzja lis-Sur Charles ‘City’ Gatt, tal-mod kif bena’ dan il-festival. Żgur li l-festival mexa ’l quddiem grazzi għad-dedikazzjoni u l-viżjoni tiegħu,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura ħabbar li minn din is-sena, | l-festival se jgħaddi f’idejn ġodda. Hu qal li għalkemm se jibqa’ festival tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, il-festival se jiġi organizzat minn kumpanija li f’dawn l-aħħar snin ġabet kunċerti u artisti kbar lejn pajjiżna. |
| “Il-ħsieb | tal-Gvern hu li fil-hidma tiegħu u ta’ l-entitajiet tiegħu jinvolvi kemm jista’ jkun lill-privat. Il-ġimgħa l-oħra ħabbart li l-Mediterranean Food Festival qed jiġi organizzat flimkien ma’ l-Eden Leisure Group. Huwa proprju dan li qed jiġri wkoll illum. Il-kumpanija NnG uriet matul is-snin il-kapaċità organizzativa, kapaċità li tiġbor udjenzi kbar u kapaċità li tinnegozja u tikkonkludi ma’ artisti ta’ fama mondjali,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. |
| Il-Ministru qal li | rridu li dan il-festival jkompli joffri opportunità lil artisti Maltin sabiex juru it-talenti tagħhom. Hu qal li rridu wkoll li dan il-festival, kif jiġri anke f’festivals ta’ dan ix-xorta barra minn pajjiżna, ikun mhux biss għal dawk li togħġobhom il-mużika jazz, imma wkoll għal udjenza li tiġi biex tisma’ ġeneru ta’ mużika oħra u fl-istess serata tisma’ mużika jazz. Hu tenna li b’hekk inkunu qegħdin inwessgħu l-udjenza għall-ġeneru tal-Jazz. |
| Il-Ministru Zammit | Dimech qal li min din is-sena, permezz ta’ l-Awtorità tat-Turizmu, se nsaħħu il-bejgħ ta’ dan il-festival barra minn xtutna. Hu qal li kien jemmen li dan il-festival għandu potenzjal qawwi sabiex jattira turisti lejn pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261951
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...
PR261950en