SEMINAR KONSULTATTIV FUQ IL-PJAN NAZZJONALI DWAR IL-FAQAR U L-ESKLUŻJONI SOĊJALI
pr0134
31/01/2006
| Soċjeta’ b’saħħitha hi dik is-soċjeta’ | li jkollha bażi sostenibbli u dan billi tikseb livelli għoljin u xierqa fis-settur tas-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ u li tipprovdi ukoll protezzjoni u l-inkluzjoni. Dan kien il-qofol tad-diskussjonijiet li saru waqt Seminar li vara l-proċess konsultattiv sabiex jiġi formulat il-Pjan Nazzjonali t’Azzjoni Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali għas-snin 2006 sa 2008 li kien organizzat mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali fil-Lukanda Westin nhar it-Tlieta, 31 ta’ Jannar, 2006. |
| Dan il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni | jitfassal biex janalizza dawn il-prinċipji, jevalwahom fid-dettal fl-isfond ta’ l-iżviluppi soċjali u ekonomiċi u jattwa strateġija kif dawn għandhom jiġu indirizzati. Dan hu it-tieni Pjan t’Azzjoni Nazzjonali li qed tippreżenta Malta . L-ewwel wieħed kien ikopri is-snin 2004-2006. |
| Il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ | Soċjali, Dolores Cristina nawgurat il-ftuħ tas-Seminar b’diskors li fih indirizzat il-ħtiġijiet u d-diffikultajiet li s-soċjeta’ Maltija għandha quddiemha kif ukoll il-miri tal-gvern u kif dan qed jilqa’ dawn l-isfidi. Hi qalet li fuq quddiemnett ta’ l-aġenda tiegħu, biex jilħaq dawn il-miri, il-gvern qed jaħdem biex ikabbar ir-rata ta’ l-impjiegi u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol. Il-Ministru Cristina enfasizzat il-ħtieġa tat-tagħlim kontinwu kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti u l-ġlieda kontra l-illitteriżmu u l-assenteiżmu mill-iskejjel. Barra minn hekk semmiet ukoll il-ħtieġa ta’ l-iżvilupp soċjali anki f’dik li hi kura tas-saħħa u prevenzjoni filwaqt li saħqet dwar l-importanza ta’ aktar investivemnt fil-qasam tal-kompetenza professjonali fl-oqsma soċjali kollha u partikolarment permezz tar-riċerka. |
| Matul is-seminar saru diversi preżentazzjonijiet | fosthom dik ta’ Bryan Magro, policy coordinator fi ħdan l-istess Ministeru, dwar il-Proċess ta’ l-Inklużjoni Soċjali. Hu tkellem dwar il-ħames elementi li jiffurmaw parti mill-Metodu Miftuħ ta’ Koordinament. Dan il-metodu żviluppa f’żewġ oqsma ewlenin: il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali flimkien mal-pensjonijiet. Warajhom jidħlu l-oqsma tas-saħħa u l-kura fit-tul. |
| Fil-preżentazzjoni tagħha, dwar l-Il-Pjan | Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar il-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali, Therese Micallef, mill-Uffiċċju tal-Inklużjoni Soċjali, spjegat li l-iskop tal-pjan hu jsiru policies fuq bażi nazzjonali u jew reġjonali sabiex l-inklużjoni soċjali fid-diversi oqsma tibqa’ tavanza. |
| Dr Marisa Scerri, Direttur tad-Dipartiment | responsabbli mill-Formulazzjoni tal-Politika u l-Implementazzjoni tal-Programmi, indirizzat lill-parteċipanti fuq it-tema “Sabiex l-Impenn ul-Isforzi Jissarrfu f’Riżultati Aħjar”. Hi spjegat x’inhu l-iskop ta’ policy u kif din tinbena u titwettaq. |
| Matul is-seminar saru ukoll numru ta’ workshops | li ttrattaw diversi temi fosthom dwar ir-riskju ta’ l-esklużjoni soċjali u l-għajnuna meħtieġa minn dawk il-persuni l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta’. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261951
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...
PR261950en