Left arrow Mur Lura

Id-dokument dwar l-ambjent tal-Partit Laburista jikkonferma kemm l-Oppożizzjoni hija maqtugħa mir-realta’

pr0127
Date Icon 30/01/2006
Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ konferma ta’ kemm l-oppożizzjoni hijamaqtugħa mir-realta’, dan hu kkonfermat bl-aktar mod ċar mir-rapport li l-Partit Laburista ppublika dwar l-ambjent.
Id-dokument tal-Partit Laburista jonqos milli jgħid kif se jimplimenta l-propostitiegħu stess.  Ironikament, f’għadd ta’ każijiet fejn il-Gvern ġie biex iwettaq l-istess proposti li huma mniżżla fid-dokument, sab l-oppożizzjoni  tal-Partit Laburista.
Id-dokument jipprova jirkeb fuq għadd kbir ta’ inizjattivi li bħalissadiġa’ qed isir  xogħol fuqhom mill-Gvern u jippreżentahom bħala proposti ġodda.  Barra minnhekk, id-dokument jipproponi wkoll numru ta’ inizjattivi li fil-qasam ta’ l-ippjanar iwasslu biex ireġġgħu l-arloġġ lura.
Min kiteb id-dokument, jew ma jafx b’dak li għaddej fis-settur ta’ l-ambjent,jew irid jipprova jqarraq.  Il-proposti tal-Partit Labursta m’huma xejn għajr ripetizzjoni ta’ inizjattivi li l-Gvern diġa’ qed jaħdem  b’xogħol fuqhom.
L-elenku ta’ dawn l-inizjattivi huwa impressjonanti  ujinkludi:
  • l-introduzzjoni ta’ l-eko-kontribuzzjoni,
  • ir-riabilitazzjoni tal-miżbliet,
  • konformita’ mat-Trattat ta’ Kyoto, u
  • ħidma mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar Żvilupp Sostenibbli, li wasslet biex fil-ġimgħat li ġejjin tkun ippublikata Strateġija Nazzjonali dwar Żvilupp Sostenibbli.

Inizjattivi oħra jinkludu:

  • l-importanza li qed tingħata lill-istudji agrikoli,
  • għajnuniet mill-Unjoni Ewropea għall-art agrikola,
  • għajnuna finanzjarja u korsijiet biex tkun imħarsa s-sengħa tal-bini tal-ħitan tas-sejjieħ,
  • il-ħidma biex ikunu riveduti l-Pjani Lokali,
  • ir-riabilitazzjoni tal-barrieri b’materjal iġġenerat mill-industrija tal-kostruzzjoni, u
  • l-identifikazzjoni ta’ siti li joffru potenzjali għal reklamazzjoni ta’ l-art.
Ir-reviżjoni ta’ l-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Immaniġġjar ta’ l-Iskarttinsab fi stadju avvanzat ħafna.  It-trasparenza fil-ħidma tal-Gvern fis-settur ambjentali kienet riaffermata bil-pubblikazzjoni tar-Rapport dwar l-Istat ta’ l-Ambjent Malti għall-2005.
Il-Gvern għaddej ukoll b’ħidma biex jiżdied l-għarfien ambjentali uf’dan il-kuntest qed tingħata importanza kbira lill-kunċett ta’ edukazzjoni ambjentali b’inizjattivi bħalma huma l-EkoSkola u t-twaqqif ta’ Green Leaders f’kull Ministeru u Aġenzija tal-Gvern, biex il-Gvern stess imexxi bl-eżempju.  Għaddej ukoll eżerċizzju li permezz tiegħu, nies imħarrġa qegħdin imorru fid-djar biex jagħtu tagħrif dwar separazzjoni ta’ l-iskart.
Il-Gvern ħabbar ukoll numru ta’ inċentivi fuq prodotti li jħarsu l-ambjent,bħalma hu l-bio-diesel, kif ukoll prodotti li jisfruttaw l-enerġija li ġejja mix-xemx.
Fuq kollox, id-dokument tal-Partit Laburista dwar l-ambjent iservi ta’paraventu biex l-Oppożizzjoni terġa’ tirriċikla proposti li wasslu għal diżastru fis-settur ta’ l-ippjanar ta’ l-iżvilupp f’pajjiżna.
Bl-iskuża ta’ riforma, l-Partit Laburista qed jipproponi li jekk ikunfil-Gvern, jerġa jaħtaf f’idejh poteri li llum huma awtonomi u dan minkejja l-esperjenza negattiva li pajjiżna għadda minnha matul is-snin sebgħin u tmenin, meta kien il-Ministru li kien jiddeċiedi dwar l-iżvilupp f’pajjiżna.
Matul id-diskors tiegħu fil-Konferenza Ġenerali Annwali tal-PartitLaburista, l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni l-Onor. Dr. Alfred Sant semma erba’ punti ta’ priorita’ għall-Partit Laburista fil-qasam ta’ l-ambjent.  Minbarra l-MEPA, hu semma l-widien, l-inċineratur ta’ l-isptar u t-twaqqif ta’ ċentru biex jilqa’ fih l-annimali domestiċi.
Fis-settur tal-ħarsien tal-widien għaddejja ħidma kbira mill-Ministeru għar-Riżorsiu l-Infrastruttura biex dawn jitnaddfu u jkunu mħarsa.   Il-proċess biex isir l-inċineratur ta’ l-isptar jinsab f’fażi fejn saret ’shortlisting’ u issa se jibdew it-taħdidiet ma’ dawk konċernati.
Fir-rigward taċ-ċentru għall-ħarsien ta’ l-annimali, l-Kap ta’ l-Oppożizzjonimessu jaf li l-Gvern diġa identifika sit għal dan il-għan f’Ta’ Qali; u li bdew ukoll taħdidiet ma’ għaqdiet li jaħdmu favur l-annimali biex dan il-proġett jitwettaq.  Huwa ironiku li l-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-Agrikoltura kkritika lill-Gvern dwar is-sit li għażel għal dan l-iskop.
Dan huwa l-baħħ tal-politika li qed tipproponi l-Oppożizzjoni.  Għall-kuntrarjul-Gvern għaddej bi programm ta’ ħidma fil-qasam ta’ l-ambjent, li bil-fatti, tpoġġa fuq quddiem nett tal-ħidma tal-Gvern.  Il-Gvern jibqa’ impenjat li jfassal ‘policies’ għal dan is-settur li jassiguraw kwalita’ ta’ ħajja aħjar għall-poplu kollu, filwaqt li jiggarantixxi żvilupp sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow