Left arrow Mur Lura

Il-proposta għall-engineered landfill ta’ l-Għallis

pr0126
Date Icon 30/01/2006

Is-sit tal-Għallis li ntgħażel biex fih tkun żviluppata engineered landfill għandu potenzjal biex fih jilqa’ skart għal 20 sena.  Madanakollu l-area fis-sit li dwarha sar ir-Rapport dwar l-Impatt Ambjentali (EIA) hi ta’ 20 ettaru li toffri potenzjal biex fiha tilqa’ skart għall-ewwel seba’ snin.

Dan qed isir għal żewġ skopijiet ewlenin:

  • l-ewwelnett biex il-Gvern ma jikkommettix minn issa medda kbira ta’ art;
  • it-tieni raġuni hi li hu ppjanat li eventwalment jitwaqqfu mpjanti oħra li jittrattaw parti mill-iskart iġġenerat kull sena, bħalma se jkun l-impjant modernizzat ta’ Sant’Antnin.
F’dan il-kuntest, ta’ min ifakkar li anke l-Kummissjoni Ewropea għaddejjabi sforzi biex l-Istati Membri jnaqqsu l-iskart li jmur fil-landfills.  Għalhekk, il-Kummissjoni qed tobbliga anke lil Malta, li fi żmien stipulat, trid twaqqaf faċilitajiet li jittrattaw l-iskart qabel ma dan imur fil-landfills.  Dan il-fatt ġie kkunsidrat fir-reviżjoni ta’ l-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Immaniġġjar ta’ l-Iskart, li mistennija tkun lesta dalwaqt u li abbozz tagħha mistenni jkun ippublikat għal konsultazzjoni pubblika fi żmien qasir.
Minħabba r-realta’ ta’ Malta, kull sforz għandu jsir biex mill-iskarttkun iġġenerata enerġija.
Ta’ min jgħid li l-proposta għall-iżvilupp ta’ engineered landfill fl-Għallis tinkludi t-tqattiegħ ta’ 1.2miljun metru kubu ta’ ġebla tal-franka li nofsu, se jintuża fuq is-sit innifsu filwaqt li n-nofs l-ieħor mistenni jintuża fl-industrija tal-kostruzzjoni.  Fl-Għallis se ssir landfill għall-iskart mhux perikoluż, li hu primarjament skart domestiku u skart ieħor iġġenerat minn entitajiet kumerċjali.
Fl-Għallis se ssir ukoll landfillgħal ċertu tipi ta’ skart perikoluż u se tinbena faċilita’ għat-trattament ta’ skart perikoluż.  Fiż-żewġ każijiet, dan għandu jwassal biex issir il-ħażna u t-trattament ta’ massimu ta’ 13,000 tunnellata ta’ skart fis-sena.
Ġaladarba l-engineered landfilltieqaf tintuża, s-sit ikun riabilitat u tingħata attenzjoni partikolari biex jitneħħa kull impatt, inkluż dak viżiv fuq l-inħawi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow