In-numru ta’ l-applikazzjonijiet għall-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju iżomm l-istess ritmu tas-sena li għaddiet.” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
“L-informazzjoni dwar kemm daħlu applikazzjonijiet u kemm inħarġu liċenzji tan-negozju tagħti ħarsa lejn kif inhi sejra l-attivita’ kummerċjali f’pajjiżna. Mill-istatistika ta’ kemm inħarġu liċenzji tan-negozji bejn Jannar u Diċembru tas-sena 2005, jidher li kien hemm zieda fl-attivita` kummerċjali.” Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo waqt laqgħa li kellu ma’ numru ta’ self-employed u sidien ta’ negozji żgħar.
“Bejn Jannar u Diċembru 2005 meta mqabbel ma’ l-istess perjodu tas-sena ta’ qabel, jidher li żdied in-numru ta’ applikazzjonijiet li daħlu għand it-Trade Licensing Unit għal negozji ġodda bil-permess tal-MEPA. Fil-fatt tul dan il-perjodu daħlu 467 applikazzjoni, filwaqt li l-applikazzjonijiet li daħlu minn Jannar sa Diċembru 2004 kienu 456, differenza ta’ 11-il applikazzjoni. Dan juri li, kif mistenni, in-numru ta’ applikazzjonijiet baqa’ kważi l-istess, b’żieda ħafifa fuq is-sena ta’ qabel.”
L-Onor. Vassallo kompla jgħid li “l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għal liċenzji tan-negozju, kemm jekk ġodda, kif ukoll jekk għal tibdil fl-attivita` kummerċjali, tagħtina indikazzjoni ċara ta’ kif ikun sejjer il-kummerċ f’pajjiżna. Mill-applikazzjonijiet li daħlu fis-sena 2005, naraw li l-akbar żieda kienet fin-numru ta’ registrazzjonijiet ta’ attivita` kummerċjali, fejn kien hemm 74 applikazzjoni, li meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, turi żieda ta’ 35 applikazzjoni. Din ir-reġistrazzjoni tippermetti lil dawk il-persuni li x-xogħol tagħhom mhuwiex marbut ma’ sit kummerċjali li jirreġistraw l-attivita` tagħhom, biex b’hekk huma wkoll ikollhom forma ta’ liċenzja tan-negozju.”
Attivita’ kummerċjali ġdida fejn diġa’ kien hemm negozju qabel
In-numru ta’ applikazzjonijiet għal trasferimenti ta’ liċenzji, jiġifieri l-bdil ta’ l-idejn tan-negozji, fl-2005 kien ta’ 406, fejn 375 bidlu liċenzja bejn persuni, kien hemm 31 applikazzjoni għal trasferiment minħabba wirt. Kien hemm ukoll 84 (75 + 9) applikazzjoni għal bdil tal-ġeneru tan-negozju. It-total ta’ dawn l-applikazzjonijiet, li jindikaw bidla ta’ attivita’ kummerċjali f’negozji diġa’ licenzjati, fl-2005 kien ta’ 490. L-istess total għas-sena 2004 kien ta’ 517. Dan ifisser li fl-2005 kien hemm inqas bdil ta’ attivita’ f’negozji diġa’ liċenzjati.
Applikazzjonijiet għal liċenzji tan- negozji ġodda
Meta wieħed iħares lejn l-istatistika ta’ l-applikazzjonijiet għal negozju ġdid, jinnota li n-numru ta’ applikazzjonijiet li daħlu għand it-TLU għax-xhur minn Jannar sa Diċembru ta’ l-2005 kien ta’ 484 (467 + 17) filwaqt li fis-sena li għaddiet kien hemm 491 (456 + 35), jiġifieri tnaqqis ta’ 7 applikazzjonijiet.
Total ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tan-negozju
Jekk nagħtu ħarsa lejn it-totali ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzji tan-negozju, wieħed jara li minn Jannar sa Diċembru tas-sena 2005 kien hemm 1,048 applikazzjoni għall-attivita’ kummerċjali ġdida filwaqt li fl-istess perijodu tas-sena li għaddiet kien hemm 1,043 applikazzjoni. Id-differenza fit-totali hija waħda minima u dan ifisser li l-attivita’ kummerċjali, filwaqt li żdiedet fuq is-sena li għaddiet, żammet l-istess ritmu.
Applikazzjonijiet li saru għand it-TLU |
Other Press Releases:
PR261951
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...
PR261950en