LM 542,563 F’GĦAJNUNA FINANZJARJA FUQ TADAM GĦALL-IPPROĊESSAR
pr0114
27/01/2006
| Illum il-Gvern ta għajnuna | finanzjarja lill-bdiewa Maltin u Għawdxin li jipproduċu tadam għall-ipproċessar. Din l-għajnuna li tlaħħaq 'il fuq minn Lm 542,563 ser tintbagħat direttament fil-kont bankarju ta’ kull bidwi eleġibbli. Mill-ammont totali, l-Unjoni Ewropea ser tagħti lill-bdiewa Maltin u Għawdxin Lm 114,797. Il-Gvern Malti permezz ta’ l-għajnuna ta’ l-SMPPMA qassam xejn inqas minn Lm 427,765. L-ammont ta’ bdiewa Maltin u Għawdxin li ser jibbenefikaw minn din l-għajnuna finanzjarja huwa ta’ 475. |
| Is-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Biedja u s-Sajd, Dr Francis Agius, qal li għal darb’oħra l-Gvern qed juri l-impenn tiegħu li jgħin lis-settur tal-biedja. Dr Agius qal li l-intenzjoni tal-Gvern hija li dan is-settur ikompli javanza u jsir iktar kompetittiv. Dr Agius fakkar li din l-għajnuna, bħal kull għajnuna u sussidji oħrajn li jieħdu l-bdiewa Maltin u Għawdxin, mhijiex taxxabbli. Dr Agius qal li dan huwa eżempju kif il-parti minn din l-għajnuna li qed tingħata mill-Unjoni Ewropea hija possibbli biss għaliex Malta illum hija stat membru. |
| Dr | Agius tenna li l-bdiewa u r-raħħala jafu sew li l-Gvern għandu programm għall-biedja lokali u jafu ukoll, għax diġa` ħafna minnhom irċevew, li hemm fondi sostanzjali għalihom biex ikomplu jtejbu l-produzzjoni u l-istandards tagħhom. B’riżultat ta’ negozjati u ħidma kontinwa, il-biedja Maltija hija fost l-aktar oqsma li qed jiġu mgħejjuna mill-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Malti. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Agius fakkar li l-Unjoni Ewropea fin-negozjati rrikonoxxiet iċ-ċirkostanzi partikolari tal-biedja Maltija u tħejja pjan apposta, mibni fuq il-ħtigijiet partikolari tagħna u fuq il-qafas tal-politika agrikola komuni ta’ l-UE. Ikun irid iqarraq min jgħid li l-agrikoltura Maltija tista’ tinjora r-regolamenti li jorbtu lill-bdiewa, ir-raħħala u l-proċessuri Ewropej biex dawn ipoġġu fuq is-suq prodotti ta’ kwalita` u ta’ l-ogħla iġjene. Ir-regolamenti qegħdin hemm. U l-Unjoni Ewropea u l-Gvern qed jagħtu għajnuna ta’ miljuni ta’ liri lill-bdiewa u r-raħħala Maltin biex iwiżnuhom sakemm jilħqu l-istandards meħtiega. Il-Gvern preżenti dejjem ta d-direzzjoni fis-settur tal-biedja għax huwa dan il-Gvern li dejjem kellu għal qalbu dan is-settur. L-akbar impenn ta’ dan il-Gvern kien it-tfassil għall-ewwel darba f’pajjiżna ta’ programm għal dan is-settur, fil-qafas pero` tar-regoli tal-UE u effiċjenza fl-użu ta’ riżorsi finanzjarji. Hekk biss ikun assigurat il-futur tal-biedja Maltija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950