Left arrow Mur Lura

Jinħareġ il-permess għall-bini ta’ skola ġdida f’Tal-Ħandaq - Ix-xogħol mistenni jibda x-xahar id-dieħel

pr0104
Date Icon 26/01/2006
Dalgħodul-MEPA approvat il-bini ta’ skola ġdida f’Tal-Ħandaq limiti ta’ Hal Qormi. Il-pass li jmiss issa hu li jibda l-bini  ta’ l-iskola, li mistenni jitlesta f’perjodu ta’ sentejn u  b’investiment ta’ madwar 3 miljun lira. Din l-iskola se tkun ta’ l-istess kwalitá tal-Kulleġġ San Benedittu li l-Gvern bena’ f’Ħal Kirkop.
Xisnin ilu l-Gvern kien iddeċieda li din l-iskola, li fil-bidu tas-snin tmenin bdiet topera minn bini użat fi żmien l-Ingliżi, m’għadhiex addattata biżżejjed għaż-żminijiet tal-lum. Il-pjanti l-ġodda saru mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS). Filwaqt li tkun qed tinbena l-iskola l-ġdida, tkun tista’ tibqa’ topera l-iskola li hemm fil-preżent.
L-applikazzjonigħall-bini ta’ l-iskola ġdida kienet ġiet sottomessa lill-MEPA fl-10 ta’ Mejju 2005. Fl-applikazzjoni intalab permess biex tinbena skola li tkun tinkludi klassijiet, laboratorji, technology workshops u faċilitajiet oħra. Huwa mistenna li l-iskola tkun tinkludi wkoll faċilitajiet sportivi. F’Ottubru 2005, ħareġ ir-riżultat tal-Monitoraġġ ta’ l-Arja fejn irriżulta li l-kwalitá ta’ l-arja hija tajba u skond standards aċċettati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u ta’ l-Unjoni Ewropea.
F’Novembru2005 l-MEPA tat indikazzjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni u b’hekk l-istatus ta’ l-applikazzjoni sar wieħed għal żvilupp sħiħ.
Fiftit ġimgħat oħra l-FTS se tissottommetti applikazzjoni oħra lill-MEPA biex jinbeda parkeġġ għall-karozzi u jsir xogħol ta’ landscaping. Se tinbena wkoll triq ġdida madwar l-iskola minflok dik li hemm bħalissa li taqsam l-iskola. B’dan il-mod se jitnaqqas il-periklu ta’ karozzi li jgħaddu minn postijiet fejn normalment ikun hemm l-istudenti.
Barral-Kulleġġ il-ġdid San Benedittu u l-iskola f’Tal-Ħandaq fix-xhur li ġejjin mistenni jinbeda wkoll xogħol fuq l-Iskola tal-Verdala. Għaddej ukoll ix-xogħol preparatorju fuq skola sekondarja ġdida fil-Mosta u skola primarja ġdida f’Pembroke. Sa mit-twaqqif tagħha, l-Gvern investa, permezz ta’ l-FTS, mas-16-il miljun Liri Maltin f’xogħlijiet ta’ manutenzjoni u bini fl-iskejjel tiegħu u fl-istess ħin stabilixxa standards ġodda kif jinbnew u jiġu rinovati skejjel b’tali mod li jsiru skejjel ta’ għada.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow