Left arrow Mur Lura

“JEĦTIEĠ LI DISKUSSJONI DWAR IL-PERSPETTIVI FINANZJARJI TINGĦALAQ FL-IQSAR ŻMIEN” – MICHAEL FRENDO FIL-FTUĦ TA’ KONFERENZA MILL-FORUM MALTA FL-EWROPA

pr0102
Date Icon 26/01/2006
Id-diskussjoniu d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-perspettivi finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropea għas-snin bejn l-2007 u l-2013, jeħtieġ li jieħdu l-iqsar żmien possibbli. Dan sostnieh dalgħodu l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Dr. Michael Frendo waqt konferenza tal-Forum Malta fl-Ewropa li ddiskutiet it-tema: “L-Ewropa: xi Jmiss?”
Il-MinistruFrendo qal li l-pakkett tal-perspettivi finanzjarji jrid iħares il-prinċipju tas-solidarjeta’ b’tali mod li ċ-ċittadini Ewropej iħossu l-effetti ta’ dan il-prinċipju fil-prattika. F’dan il-kuntest, il-Ministru Frendo qal li d-diskussjoni fil-Parlament Ewropew m’għandhiex tieħu fit-tul aktar milli hemm bżonn biex id-diversi proġetti li se jibbenifikaw mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea taħt il-pakkett tal-perspettivi finanzjarji, jibdew mill-ewwel jum tal-budget il-ġdid ta’ l-Unjoni Ewropea.
Fil-konferenzaorganizzata mill-Forum Malta fl-Ewropa, ipparteċipaw it-Trade Unions, l-NGO’s, is-soċjeta’ ċivili u l-pubbliku. Il-Viċi President tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku ta’ l-Unjoni Ewropea Dr. Dimitris Dimitriadis ipparteċipa fil-konferenza waqt panel li iddiskuta l-mistoqsija “L-Ewropa tista’ tkun kompettitiva u fl-istess ħin toħloq ix-xogħol?”
Fid-diskorstiegħu li tratta “L-Isfidi l-Kbar ta’ l-Ewropa”, il-Ministru Frendo tkellem ukoll dwar il-bżonn li l-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea flimkien ikomplu jħarsu lejn l-aħjar mod li Unjoni ta’ 25 membru, li dalwaqt jiżdiedu għal 27 pajjiż membru, tista’ titmexxa  b’mod effettiv u mingħajr burokrazija żejda. “L-Ewropa m’għandhiex tabbanduna l-proġett Ewropew iżda għandha tkompli bir-ratifika tat-Trattat Kostituzzjonali mingħajr ma nagħżlu biċċiet mit-Trattat u niskartaw oħrajn” qal il-Ministru Frendo.
Sfidaohra għall-Ewropa li semma l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin hija dwar il-konfini ta’ l-Unjoni Ewropea u f’dan il-kuntest, il-Ministru Frendo qal li d-diskussjoni dwar it-tkabbir ta’ l-Ewropa u dwar is-sħubija tat-Turkija, se tkompli fost dawk diġa’ membri.
Dwarl-immigrazzjoni illegali, il-Ministru Frendo qal li jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea tidħol aktar fil-fond ta’ din il-problema kemm billi tgħin lill-pajjiżi membri tagħha li qed jiffaċċjaw il-problema aktar minn oħrajn, kif ukoll billi tindirizza l-għerq tal-problema fil-pajjiżi ta’ oriġini ta’ immigrazzjoni illegali.
Il-MinistruFrendo semma wkoll bħala sfidi kbar għall-Ewropa l-problema ta’ l-enerġija, it-tkabbir ta’ l-impjiegi u l-kompettitivita’ kif ukoll li l-Ewropa tibqa’ tan-nies u mhux ta’ l-elite.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow