“JEĦTIEĠ LI DISKUSSJONI DWAR IL-PERSPETTIVI FINANZJARJI TINGĦALAQ FL-IQSAR ŻMIEN” – MICHAEL FRENDO FIL-FTUĦ TA’ KONFERENZA MILL-FORUM MALTA FL-EWROPA
pr0102
26/01/2006
| Id-diskussjoni | u d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-perspettivi finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropea għas-snin bejn l-2007 u l-2013, jeħtieġ li jieħdu l-iqsar żmien possibbli. Dan sostnieh dalgħodu l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Dr. Michael Frendo waqt konferenza tal-Forum Malta fl-Ewropa li ddiskutiet it-tema: “L-Ewropa: xi Jmiss?” |
| Il-Ministru | Frendo qal li l-pakkett tal-perspettivi finanzjarji jrid iħares il-prinċipju tas-solidarjeta’ b’tali mod li ċ-ċittadini Ewropej iħossu l-effetti ta’ dan il-prinċipju fil-prattika. F’dan il-kuntest, il-Ministru Frendo qal li d-diskussjoni fil-Parlament Ewropew m’għandhiex tieħu fit-tul aktar milli hemm bżonn biex id-diversi proġetti li se jibbenifikaw mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea taħt il-pakkett tal-perspettivi finanzjarji, jibdew mill-ewwel jum tal-budget il-ġdid ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Fil-konferenza | organizzata mill-Forum Malta fl-Ewropa, ipparteċipaw it-Trade Unions, l-NGO’s, is-soċjeta’ ċivili u l-pubbliku. Il-Viċi President tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku ta’ l-Unjoni Ewropea Dr. Dimitris Dimitriadis ipparteċipa fil-konferenza waqt panel li iddiskuta l-mistoqsija “L-Ewropa tista’ tkun kompettitiva u fl-istess ħin toħloq ix-xogħol?” |
| Fid-diskors | tiegħu li tratta “L-Isfidi l-Kbar ta’ l-Ewropa”, il-Ministru Frendo tkellem ukoll dwar il-bżonn li l-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea flimkien ikomplu jħarsu lejn l-aħjar mod li Unjoni ta’ 25 membru, li dalwaqt jiżdiedu għal 27 pajjiż membru, tista’ titmexxa b’mod effettiv u mingħajr burokrazija żejda. “L-Ewropa m’għandhiex tabbanduna l-proġett Ewropew iżda għandha tkompli bir-ratifika tat-Trattat Kostituzzjonali mingħajr ma nagħżlu biċċiet mit-Trattat u niskartaw oħrajn” qal il-Ministru Frendo. |
| Sfida | ohra għall-Ewropa li semma l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin hija dwar il-konfini ta’ l-Unjoni Ewropea u f’dan il-kuntest, il-Ministru Frendo qal li d-diskussjoni dwar it-tkabbir ta’ l-Ewropa u dwar is-sħubija tat-Turkija, se tkompli fost dawk diġa’ membri. |
| Dwar | l-immigrazzjoni illegali, il-Ministru Frendo qal li jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea tidħol aktar fil-fond ta’ din il-problema kemm billi tgħin lill-pajjiżi membri tagħha li qed jiffaċċjaw il-problema aktar minn oħrajn, kif ukoll billi tindirizza l-għerq tal-problema fil-pajjiżi ta’ oriġini ta’ immigrazzjoni illegali. |
| Il-Ministru | Frendo semma wkoll bħala sfidi kbar għall-Ewropa l-problema ta’ l-enerġija, it-tkabbir ta’ l-impjiegi u l-kompettitivita’ kif ukoll li l-Ewropa tibqa’ tan-nies u mhux ta’ l-elite. |
Other Press Releases:
PR261951
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...
PR261950en