Left arrow Go Back

Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li huma fis-seħħ f’Malta

pr0099
Date Icon 26/01/2006

It-Taqsima ta’ l-Ikel u l-Attivita’ Veterinarja fil-Ministeru għall-Affarijet Rurali u l-Ambjent tavża lil kull min hu kkonċernat li d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li ġejjin huma fis-seħħ f’Malta minn Mejju 2004: 

  • Deċiżjoni 2004/212 tas-6 ta’ Jannar 2004 dwar kundizzjonijet ta’ saħħa fuq importazzjonijiet  ta’ annimali u laħam frisk fosthom kapuljat
  • Deċiżjoni 2004/117 tad-19ta’ Jannar 2004 dwar id-dħul temporanju u importazzjoni  fl-Unjoni Ewropeja  ta’ żwiemel irreġistrati fl-Afrika t’Isfel;
  • Deċiżjoni 2004/118 tat-28 ta’ Jannar 2004 dwar l-importazzjoni ta’ tiġieġ ħaj, laħam tat-tiġieġ, laħam tat-tjur u tal-fniek u prodotti tal-laħam; 
  • Deċiżjoni 2004/212 tas-6ta’ Jannar 2004 b’lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati  Membri jawtorizzaw importazzjonjet  ta’ annimali bovini, ħnieżer, żwiemel, nagħaġ u mogħoż, prodotti ta’ laħam frisk, sabiex jiġu inklużi ċerti pajjiżi membri ġodda; 
  • Deċiżjoni 2004/542 tal-25ta’ Ġunju  2004 dwar il-lista ta’ pajjiżi terzi li  minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam frisk. 

Kull min jixtieq jikseb aktar informazzjoni dwar dawn id-Deċiżjonijiet huwa mitlub li jikkuntattja lit-Taqsima ta’ l-Ikel u l-Attivita’ Veterinarja fil-Ministeru għall-Affarijet Rurali u l-Ambjent.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ninvestu fil-kapaċità tal-pajjiż li jimxi ’l quddiem” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261951

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Meta nsaħħu l-MCAST inkunu qed ...

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

More Press Releases Right arrow