Left arrow Go Back

Servizz ta’ l-eGovernment għall-Uffiċċju tad-Data Protection Commissioner

pr0086
Date Icon 25/01/2006

L-Onor. Austin Gatt, Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni nieda servizz ieħor tal-Gvern Elettroniku. Permezz ta’ dan is-servizz, issa wieħed jista’ jidħol fis-servizzi tal-uffiċċju tad-Data Protection Commissioner.  

Teoretikament id-Data Protection Commissioner jaqa’ taħt il-Ministeru ghall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, iżda għall-effetti prattiċi kollha, dan hu uffiċju għal kollox awtonomu. Fil-fatt deċiżjonijiet tiegħu jridu jiġu kkontestati direttament fil-Qorti u l-Ministru m’għandu ebda kompetenza jew indħil f’dawn id-deċiżjonijiet. 

Il-Ministru Austin Gatt faħħar l-operat effiċjenti ta’ dan l-uffiċċju, li filwaqt li kellu l-potenzjal li jkun revenue generator għall-Gvern, seta’ kien ukoll mostru burokratiku.  

Huwa saħaq li m’hemmx dubju li x-xogħol tal-Kummissarju għall-Protezzjoni ta’ Data, is-sur Paul Mifsud Cremona u qablu tas-sur John Mamo, assigura li għal kull min jirrispetta l-privatezza tad-‘data’ ma nħoloqx xi ostaklu burokratiku għal min jopera kummerċjalment. Huwa fisser li dan l-uffiċju sab il-bilanċ bejn il-bżonn ta’ regolamentazzjoni biex tipproteġi liċ-ċittadini u l-ispazju biex is-settur kummerċjali jopera bl-anqas xkiel possibbli. 

Il-Ministru Austin Gatt qal li l-inizjattiva mnedija llum hija bbażata fuq l-impenn tal-Ministeru tiegħu u ta’ l-uffiċju tad-Data Protection Commissioner biex jiġi żviluppat mezz elettroniku għal dawn is-servizzi.  

Austin Gatt qal li hu pożittiv li bħal fl-okkażjoni tal-lum, wieħed jara l-eżempju pożittiv tal-leaders fis-servizz pubbliku li qed imexxu din il-bidla kulturali li għandna bżonn (bħal m’hi d-Data Protection Commission fost ħafna oħrajn). 

Tkellem ukoll id-Data Protection Commissioner, Paul Mifsud Cremona li għamel referenza għal ħidma tal-uffiċċju tiegħu. Huwa spjega li f’dawn is-sentejn l-Uffiċċju rċieva u rreġistra 9,100 notifika minn Kontrolluri tad-data (1,760 mingħajr il-ħlas ta’ Lm10). Huwa fakkar dan l-Uffiċċju huwa wkoll miftuħ għal tagħrif mitlub mill-pubbliku in ġenerali.  Fil-fatt sal-lum l-Uffiċċju rċieva 360 queries bil-miktub inkluż bl-e-mail, barra l-ħafna telefonati li jkunu riċevuti ta’ kuljum. 

Meta ċittadin iħoss li d-drittijiet tiegħu taħt il-liġi jkunu nkissru, dan jista’ jressaq ilment lil dan l-Uffiċċju.  L-ilmenti jkunu nvestigati u tingħata d-deċiżjoni formali tal-Kummissarju dwarhom.  Kull deċiżjoni tal-Kummissarju (li f’dan ir-rigward igawdi indipendenza assoluta minn kwalunkwe influwenza) tista’ tkun appellata fi Tribunal maħtur bil-liġi.  Fil-fatt kienu rċevuti u deċiżi 92, li minnhom wieħed kien appellat.   

Fil-biċċa l-kbira tagħhom dawn kienu dwar ksur ta’ kunfidenzjalita’, dritt ta’ aċċess, komunikazzjonijiet mhux mixtieqa (unsolicited) u żamma ta’ records.  Is-setturi li dwarhom saru l-ilmenti kienu jinkludu bank, sptar, forza dixxiplinata, kunsilli lokali u ‘credit referencing agencies’. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow