L-Aġent Prim Ministru jiltaqa’ mal-Ministru tal-Ġustizzja Spanjol Juan Fernando Lopez Aguilar
pr0082
24/01/2006
| L-Aġent | Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg kellu laqgħa formali mal-Ministru tal-Ġustizzja tar-Renju ta’ Spanja, Juan Fernando Lopez Aguilar, fil-Berga ta’ Aragona, l-Belt Valletta . Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru l-Onor. Dr. Carmelo Mifsud Bonnici. |
| Waqt | din il-laqgħa uffiċjali ġew diskussi diversi oqsma fosthom il-koperazzoni bilaterali bejn iż-żewg pajjiżi. Il-Ministru Borg qal li bħal Malta , Spanja wkoll hija milquta mill-problema ta’ l-immigrazzjoni illegali u għalhekk kull koperazzjoni bejn iż-żewg pajjiżi tfisser it-tnaqqis tal-problema. |
| Huwa | qal li jemmen li wara din il-mewġa ta’ immigrazzjoni illegali hemm organizazzjonijiet kriminali u qal li matul is-sajf li għadda, huwa maħsub li mietu madwar 600 immigrant li kienu qed jaqsmu mill-Afrika u l-Ewropa; u għalhekk patrols fic-Centru tal-Mediterran jistgħu isalvaw ħafna ħajjiet umani kif ukoll ikunu ta’ deterrent kontra l-kriminalita’ organizzata. |
| L-Aġent | Prim Ministru kompla jgħid li jeżisti lok għal titjib fil-qasam tal-Ġustizzja u jenħtieġ i jkun hemm iktar koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi bħalma teżisti koperazzjoni fl-oqsma tal-kultura u tat-turiżmu. |
| L-Aġent | Prim Ministru qal li fl-opinjoni tiegħu fil-forum 5+5, li jlaqqa’ pajjiżi mill-Mediterran u oħrajn mill-Afrika ta’ Fuq, għandhom jibdew jipparteċipaw ukoll il-Ministri tal-Ġustizzja barra dawk ta’ l-Intern. |
| Il-Ministru | Lopez Aguilar qabel ma’ l-Aġent Prim Ministru u wiegħed li ser jagħmel dak kollu possibbli biex tiżdied il-koperazzjoni bejn Malta u Spanja li jiffaċċjaw problemi simili minħabba li t-tnejn jinsabu fil-periferija ta’ l-Ewropa. |
| Id-delegazzjoni | Maltija kienet magħmula wkoll mis-Sur Charles Deguara - Segretarju Permanenti fil-Ministeru, Dr Peter Grech - Aġent Avukat Ġenerali, is-Sur Joseph Scerri - Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, kif ukoll minn Dr Josette Zerafa - Direttur ta’ l-Affarijiet dwar l-Unjoni Ewropea. |
| In-naħa | Spanjola kienet komposta mis-Sinjorina Ana Maria de Miguel Lana - Segretarja Ġenerali, is-sinjorina Cristina Latorre - Direttur Ġenerali għall-Koperazzjoni Ġuridika, is-sur David Gluck - Kap tal-Kabinett tal-Ministru, u s-sur Valentin Duenas - Konsulent tal-Ministru. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261950en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...
PR261950