Left arrow Go Back

L-Aġent Prim Ministru jiltaqa’ mal-Ministru tal-Ġustizzja Spanjol  Juan Fernando Lopez Aguilar

pr0082
Date Icon 24/01/2006
L-AġentPrim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg kellu laqgħa formali mal-Ministru tal-Ġustizzja tar-Renju ta’ Spanja, Juan Fernando Lopez Aguilar, fil-Berga ta’ Aragona, l-Belt Valletta . Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru l-Onor. Dr. Carmelo Mifsud Bonnici.
Waqtdin il-laqgħa uffiċjali ġew diskussi diversi oqsma fosthom il-koperazzoni bilaterali bejn iż-żewg pajjiżi. Il-Ministru Borg qal li bħal Malta , Spanja wkoll hija milquta mill-problema ta’ l-immigrazzjoni illegali u għalhekk kull koperazzjoni bejn iż-żewg pajjiżi tfisser it-tnaqqis tal-problema.
Huwaqal li jemmen li wara din il-mewġa ta’ immigrazzjoni illegali hemm organizazzjonijiet kriminali u qal li matul is-sajf li għadda, huwa maħsub li mietu madwar 600 immigrant li kienu qed jaqsmu mill-Afrika u l-Ewropa; u għalhekk patrols fic-Centru tal-Mediterran jistgħu isalvaw ħafna ħajjiet umani kif ukoll ikunu ta’ deterrent kontra l-kriminalita’ organizzata.
L-AġentPrim Ministru kompla jgħid li jeżisti lok għal titjib fil-qasam tal-Ġustizzja u jenħtieġ i jkun hemm iktar koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi bħalma teżisti koperazzjoni fl-oqsma tal-kultura u tat-turiżmu.
L-AġentPrim Ministru qal li fl-opinjoni tiegħu fil-forum 5+5, li jlaqqa’ pajjiżi mill-Mediterran u oħrajn mill-Afrika ta’ Fuq,  għandhom jibdew jipparteċipaw ukoll il-Ministri tal-Ġustizzja barra dawk ta’ l-Intern.
Il-MinistruLopez Aguilar qabel ma’ l-Aġent Prim Ministru u wiegħed li ser jagħmel dak kollu possibbli biex tiżdied il-koperazzjoni bejn Malta u Spanja li jiffaċċjaw problemi simili minħabba li t-tnejn jinsabu fil-periferija ta’ l-Ewropa.
Id-delegazzjoniMaltija kienet magħmula wkoll mis-Sur Charles Deguara -  Segretarju Permanenti fil-Ministeru, Dr Peter Grech - Aġent Avukat Ġenerali, is-Sur Joseph Scerri -  Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, kif ukoll minn  Dr Josette Zerafa - Direttur ta’ l-Affarijiet dwar l-Unjoni Ewropea.
In-naħaSpanjola kienet komposta mis-Sinjorina Ana Maria de Miguel Lana -  Segretarja Ġenerali, is-sinjorina Cristina Latorre - Direttur Ġenerali għall-Koperazzjoni Ġuridika, is-sur David Gluck -  Kap tal-Kabinett tal-Ministru, u s-sur Valentin Duenas - Konsulent tal-Ministru.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow