Left arrow Mur Lura

Żieda qawwija fid-dħul tas-sajjieda fis-sena 2005

pr0078
Date Icon 24/01/2006

Is-sajjieda Maltin u Għawdxin kellhom żieda sostanzjali fid-dħul tagħhom matul is-sena li għaddiet.  Din iż-żieda fid-dħul kienet konfermata fl-istatistika maħruġa llum mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.  

Meta wieħed iqis is-sena li għaddiet kollha, isib li d-dħul tas-sajjieda mill-ħut maqbud żdied bi kważi 36% fuq is-sena ta’ qabel.  Din tfisser żieda ta’ aktar minn Lm651,000.   

L-istatistika tirreferi wkoll għall-aħħar kwart ta’ l-2005 li turi li meta mqabbel ma’ l-istess perjodu fl-2004, is-sajjieda kellhom żieda fi dħul aktar, ta’ madwar 50%.  Din iż-żieda kollha fl-2005 kienet dovuta għall-kwantita’ akbar ta’ tonn u pixxispad li ġabu prezzijiet ferm aħjar mis-sena ta’ qabel. 

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino tenna s-sodisfazzjon tiegħu għal din iż-żieda fid-dħul tas-sajjieda u qal li dan għandu jimlihom bil-kuraġġ biex iħarsu lejn il-futur b’ottimiżmu. 

Hu qal li l-Gvern jibqa’ impenjat li jassigura futur sostenibbli għas-sajjieda u għall-industrija tas-sajd in ġenerali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow