Left arrow Mur Lura

“Jista’ jiftaħ negozju nhar ta’ Ħadd min japplika għal liċenzja ta’ fiera kummerċjali” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

pr0076
Date Icon 23/01/2006

Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed,  l-Onor. Edwin Vassallo meta kien qed jitkellem ma’ numru ta’ sidien ta’ negozji, qal li  “Minkejja l-emendi li saru, fl-Avviż Legali Nru. 1 ta’ l-2006 li jirregola l-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju u l-ħinijiet tal-kummerċ li jista’ jsir f’Malta u Għawdex, il-prinċipju jibqa’ li nhar ta’ Ħadd ma jistgħux jiftħu negozji mingħajr ma jkollhom il-liċenza li jistgħu jiftħu.  Iżda, teżisti proċedura li permezz tagħha, min jixtieq bħala negozju, li jiftaħ nhar ta’ Ħadd jew festi pubbliċi, jista’ jagħmel dan la darba jkollu liċenza tan-negozju li tippermetti li jbiegħ bl-imnut (retail licensed premises) u japplika għal liċenza ta’ fiera kummerċjali.”  

L-Onor. Vassallo kompla jispjega l-kundizzjonijiet tal-liċenza għall-fiera kummerċjali.  “Min ikun jixtieq japplika biex jftaħ fiera kummerċjali jista’ jagħmel dan billi japplika għand it-Trade Licensing Unit, fuq ħlas ta’ Lm300.  B’din il-liċenzja, jkun jista’ jagħmel fiera kummerċjali għal sebat ijiem konsekuttivi li jinkludu Ħdud u l-festi, u f’dawn is-sebat ijiem, b’żieda fil-ħinijiet, fejn ikun jista’ jibqa’ miftuħ sal-11.00 p.m.  kuljum.”  

Is-SegretarjuParlamentari fakkar ukoll li “dawn ir-regolamenti għall-applikazzjoni ta’ fiera kummerċjali ma jibgħux jgħoddu mill-1 ta’ Novembru sas-7 ta’ Jannar, fejn kull negozju li għandu liċenzja biex ibiegħ bl-imnut, ikun jista’ jiftaħ nhar ta’ Ħadd u festi pubbliċi, mingħajr bżonn ta’ permess jew liċenza addizzjonali, fi żmien il-perijodu tax-xiri tal-Milied.  Il-perijodu tal-bejgħ tal-Milied ġie estiż mill-1 ta’ Diċembru, biex issa jibda fl-1 ta’ Novembru.
Madanakollu,f’dan il-perijodu, kull attivita` kummerċjali deskritta bħala fiera kummerċjali, li ma ssirx f’bini jew sit b’liċenza ta’ bejgħ bl-imnut (retail licensed premises), xorta waħda trid tapplika għal-liċenza ta’ fiera kummerċjali.”
“Dinu emendi oħra li saru fil-leġiżlazzjoni dwar il-liċenzji tan-negozju, saru wara konsultazzjoni sħiħa mas-settur kummerċjali, kif ukoll ma’ rappreżentanti ta’ awtoritajiet u entitajiet oħra konċernati.  Għaldaqstant, għamilna emendi li l-għan tagħhom hu li ngħinu lis-settur kummerċjali jaħdem aħjar, filwaqt li nibqgħu nħaddnu l-prinċipji soċjali tagħna.  B’hekk, għalkemm il-prinċipju tagħna kien u baqa’ li nhar ta’ Ħadd in-negozju jkun limitat, adattajna xi ftit il-kundizzjonijiet tan-negozju tagħna mal-ħtiġijiet tal-konsumatur tal-lum, biex b’hekk qiegħed ikun estiż il-ħin ta’ ftuħ għal ċertu setturi u b’ċertu kundizzjonijiet” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow