Left arrow Mur Lura

“Bil-konsultazzjoni, jittaffa l-impatt negattiv fuq negozji minħabba xogħlijiet fit-toroq” – Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo

pr0071
Date Icon 20/01/2006
“L-awtoritajiet kollha li għandhomx’jaqsmu max-xogħol fit-toroq għandhom jaraw li meta jippjanaw xogħol li jkun jinkludi tħaffir fit-toroq, fid-deċiżjonijiet li jieħdu, jkun hemm l-inqas impatt negattiv fuq is-settur kummerċjali.  Dan ifisser li t-traffiku għandu jibqa’ għaddej kemm jista’ jkun minn toroq li fihom ikun qed isir ix-xogħol.”
Is-Segretarju Parlamentari għan-NegozjiŻgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, esprima s-sodisfazzjon tiegħu li diversi Awtoritajiet bħalma huma l-ADT, l-Enemalta u l-Water Services Corporation, qed jifhmu aktar din il-ħtieġa u fl-ippjanar tagħhom jidher li qed isir sforz biex il-kummerċ ikun mogħti l-attenzjoni li tixraqlu.
“Issa jonqos li l-Kunsilli Lokali jagħtuwkoll din l-attenzjoni għas-settur kummerċjali.  F’dan l-eżerċizzju, il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ta l-appoġġ kollu tiegħu.  Ħtieġa oħra li qed tinħass hija l-attenzjoni li għandha tingħata mill-kuntratturi li jiġu mogħtija kuntratti għal dan it-tip ta’ xogħol.  Dawn il-kuntratturi għandhom ikunu klassifikati għal kwalita’ tax-xogħol li jagħmlu.
Ma jistax ikun li jibqa’ jkollnakuntratturi li jingħataw xogħol fuq toroq meta dawn ikunu magħrufa li ma jżommux mal-kundizzjonjiet tal-kuntratt u taż-żmien stipulat fil-kuntratt.  Il-proċeduri li bihom jingħataw il-kuntratti mill-korporazzjonijiet, għandhom ikunu mibdula jekk jirriżulta li dawn il-kuntratturi ma jkunux zammew max-schedule of works li kienu ingħataw.”
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallokien qiegħed jikellem waqt laqgħa organizzata mill-GRTU u l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara dwar xogħlijiet fit-toroq u l-effett tagħhom fuq is-settur kummerċjali.
Għal din il-laqgħa kienu mistiedna wkollis-sidien tan-negozji tat-toroq li fihom ser isir xogħol infrastrutturali, u dan biex huma jkunu jistgħu jiġu kkonsultati dwar ix-xogħol li ser isir u jkunu magħrufa lilhom il-kundizzjonijiet li fihom ser isir ix-xogħol u jaħdem il-kuntrattur.

L-Onor. Edwin Vassallo temm billi esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-entitajiet konċernati għarfu l-ħtieġa li s-sidien tan-negozji jiġu kkonsultati.  “Dan huwa eżempju ta’ kif nistgħu naħdmu aktar u aħjar flimkien, biex naħdmu bl-aħjar mod għan-negozji tagħna, u b’hekk inkomplu nkattru l-ekonomija.”  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow