Left arrow Mur Lura

Ħatriet ta’ Segretarji Permanenti u Segretarji Permanenti-designate

pr0065
Date Icon 19/01/2006

Bil-għan li jitkomplew jissaħħu l-ogħla pożizzjonijiet fl-istruttura tas-Servizz Pubbliku, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ser ikollu żewġ Segretarji Permanenti, wieħed responsabbli għal-Policy u l-ieħor responsabbli għal Strategy and Operations.  Is-Sur Paul Zahra, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi ser jinħatar Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Policy)  u s-Sur Anthony Vella, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tas-Saħħa, ta’ l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ ser jinħatar Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Strategy and Operations). 

Is-Sur Zahra u s-Sur Vella ser jieħdu din il-ħatra b’effett mill-20 ta’ Marzu 2006 meta jirtira s-Sur Joseph W Izzo, Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. 

Is-Sur Alfred Camilleri, Direttur Ġenerali, Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika, ser jinħatar Segretarju Permanenti-designate fil-Ministeru tal-Finanzi waqt li s-Sur Frank Mifsud, Direttur (Social Welfare Standards) fil-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta Soċjali ser jinħatar Segretarju Permanenti-designate fil-Ministeru tas-Saħħa, ta’ l-Anzjani u Kura fil-Komunita’. 

Is-Sur Frank Mifsud daħal mas-Servizz Pubbliku fl-1969 u ħadem għal sena fid-dipartiment tax-Xogħol u Immigrazzjoni.  Serva għal sbatax-il sena fil-Head Office tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Posta.  Mill-1987 sal-1992 ħadem fil-Ministeru tal-Politika Soċjali b’responsabilitajiet għal ko-ordinazzjoni ta’ Strateġija u Ppjanar dwar Social Welfare. 

Is-Sur Mifsud kien involut fit-twaqqif tal-Employment Division fl-Employment and Training Corporation u fis-sentejn ta’ wara kien Segretarju Privat tal-Ministru għall-Intern u Żvilupp Soċjali.  Hu kien ukoll jifforma parti mit-tim ta’ l-Ippjanar li fl-1994 waqqaf l-aġenzija Sedqa, fejn eventwalment ħa l-kariga ta’ Care Services Manager.  Fl-1998 inħatar Assistent Personali tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni u Kultura u Kap tas-Segretarjat Privat tiegħu, kariga li okkupa sa Lulju 2003.  F’Marzu 2004 is-Sur Mifsud inħatar Direttur (Family Welfare) fil-Ministeru tal-Familja u Solidarejta’ Soċjali.  Matul il-karriera tiegħu fis-setturi soċjali u edukattivi, s-Sur Mifsud serva fuq numru ta’ bordijiet u kumitati u ħa sehem f’konferenzi kemm f’Malta u kif ukoll barra minn Malta.

Is-Sur Mifsud għandu Bachelors Degree, f’Social Work. Hu miżżewweġ lil Pauline nee Zammit u għandu tifla u żewġ subien. 

Is-Sur Alfred Camilleri daħal fis-Servizz Pubbliku fl-1977 fid-Dipartiment tal-Pulizija.  Mill-1993 ’l quddiem serva fl-Uffiċċju Ċentrali ta’ l-iStatistika.  Inħatar Direttur (Statistika) fl-1996 u Direttur Ġenerali (Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika) fl-2001. 

Is-Sur Camilleri inħatar Census Officer għall-fini ta’ Ċensiment għall-Popolazzjoni u Djar li sar fl-1995, kif ukoll fl-2005.  Huwa membru tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ u hu membru f’diversi bordijiet internazzjonali fil-qasam ta’ l-iStatistika. 

Is-Sur Camilleri għandu M Sc fl-Ekonomija u BA Hons fl-Amministrazzjoni Pubblika.  Huwa miżżewweġ lil Maria Carmela nee Muscat u għandu tifla. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow