Left arrow Go Back

Impenn ikbar għat-turiżmu f’Għawdex

pr0064
Date Icon 19/01/2006

Waqt li kienet qed tindirizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex tkellmet dwar l-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ l-industrija turistika f’Għawdex. 

Il-Ministru Debono rreferiet għall-ħidma ta’ sinerġija li ssaħħet matul l-2005 bejn il-Ministeru għal Għawdex, l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex (GTA) u l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu (MTA). Bit-twaqqif tal-Gozo-Segment fi ħdan l-MTA, Għawdex mistenni jingħata iktar prijorita’ b’mod partikolari fejn tidħol il-promozzjoni tad-destinazzjoni barra minn Malta.  

Il-Ministru Debono qalet li s-sena 2006 ser tkun sena mill-iktar impenjattiva għal Għawdex anke fejn jidħlu proġetti marbuta mat-turiżmu għaliex matul din is-sena se jibda x-xogħol fiżiku fuq id-diversi proġetti li se jsiru f’Għawdex permezz ta’ fondi ta’ l-Unjoni Ewropea, fosthom il-bini ta’ ċentru ta’ taħriġ għall-istudji turistiċi fil-Qala, it-twaqqif ta’ decompression chamber, il-ħolqien ta’ siti artifiċjali għall-għaddasa, ir-ritorn ta’ fdalijiet preistoriċi t’Għawdex, u l-bini mill-ġdid ta’ toroq li jwasslu għal żoni mportanti għall-industrija turistika f’Għawdex.   

Il-Ministru Debono appellat għall-kontinwazzjoni ta’ ħidma ko-ordinata u kollettiva bejn il-GTA, l-MTA u l-Ministeru għal Għawdex sabiex il-prodott turistiku t’Għawdex jibqa’ jitjieb filwaqt li jsir sforz kollettiv għal turiżmu ta’ kwalita’. Il-Ministru Debono ħabbret li l-Ministeru għal Għawdex ser jassisti lill-GTA fit-twaqqif ta’ għaxar billboards pubbliċitarji f’Malta li jirreklamaw lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow