Left arrow Mur Lura

Lm1 miljun oħra f’għajnuna lill-bdiewa fuq diversi skemi

pr0059
Date Icon 19/01/2006

Fil-jiem li ġejjin, il-bdiewa Maltin u Għawdxin se jgawdu minn għajnuna li tlaħħaq il-Lm1 miljun fuq diversi skemi.  Din l-għajnuna se tkun trasferita direttament fil-kontijiet bankarji tal-bdiewa. 

Din l-għajnuna qed tingħata lill-bdiewa taħt skemi differenti li huma:

  • ħlas għal żoni żvantaġġjati,
  • skema għal min ikabbar il-patata,
  • skema għal min ikabbar arable crops u
  • skema magħrufa bħala set aside. 

Ta’ min ifakkar li għal din l-għajnuna huma eliġibbli l-bdiewa li rreġistraw fuq is-sistema ta’ l-Integrated Accounts Control System (IACS) tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. 

Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ifakkar li din l-għajnuna, bħal kull għajnuna u sussidji oħrajn li jieħdu l-bdiewa Maltin u Għawdxin, mhijiex taxxabli. 

Il-Ministru George Pullicino qal li din hija prova oħra ta’ l-għajnuna li qed igawdu minnha l-bdiewa Maltin u Għawdxin, liema għajnuna hija possibli biss għaliex Malta hija membru ta’ l-Unjoni Ewropea.  Hu żied jgħid li din l-għajnuna qed isservi bħala miżura biex ittaffi mill-effetti ta’ suq liberalizzat, liema realta’ kellha tkun iffaċċjata mill-bdiewa Maltin u Għawdxin, anke kieku Malta għażlet li tibqa’ barra mill-Unjoni Ewropea. 

George Pullicino tenna l-impenn tal-Ministeru li juża l-isforzi tiegħu kollha biex ikun hawn infurzar tar-regolamenti u dan biex ikun evitat kull detriment għall-bdiewa.  Hu qal li l-Gvern qed jagħmel l-almu kollu tiegħu biex iħares l-għixien tal-bdiewa u l-miljuni li qed jingħataw f’għajnuniet, huma xhieda ta’ dan. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow