Left arrow Go Back

Liftijiet mingħajr spazju fil-fossa/headroom

pr0058
Date Icon 18/01/2006

Id-Direttorat għall-Oġġetti tal-Konsumatur u dawk Industrijali ta’ l-Awtorità Maltija dwar l-iStandards jixtieq jgħarraf illi, għal raġunijiet ta’ sigurta’,l-istallazzjoni ta’ Liftijiet mingħajr spazju fil-fossa/headroomser ikunu soġġetti, b’effett immedjat, għall-approvazzjoni minn qabel mid-Direttorat għall-Oġġetti tal-Konsumatur u dawk Industrijali ta’ l-Awtorità Maltija dwar l-iStandards.

Il-paragrafu 2.2 ta’ l-Iskeda I ta’ Avviż Legali 370 ta’ l-2002: Regolamenti ta’ l-2002 dwar Liftijiet, speċifikament jgħid illi:

“2.1. Il-lift għandu jkun hekk iddisinjat u kostruwit biex jassigura li l-ispazju li fih tivvjaġġa l-kabina ikun inaċċessibli ħlief għall-manutenzjoni u f'emerġenzi. Qabel ma persuna tidħol f'dak l-ispazju, l-użu normali tal-lift għandu jsir impossibbli.

2.2. Il-lift għandu jkun iddisinjat u kostruwit hekk li ma jħallix il-periklu ta' tgħaffiġ meta l-kabina tkun f'waħda mill-pożizzjonijiet estremi tagħha.

Din il-mira tkun inkisbet permezz ta' spazju vojt jew refuġju lil hinn mill-pożizzjonijiet estremi.

Iżda, f'każi speċifiċi, biex l-Istati Membri jingħataw il-possibbilità ta' approvazzjoni minn qabel, b'mod partikolari f'bini eżistenti, meta din is-soluzzjoni tkun impossibbli li titwettaq, mezzi oħra xierqa jistgħu ikunu pprovduti biex ikun evitat dan ir-riskju. ”

Dan ifisser illi l-Periti, l-Inġiniera, il-Korpi Notifikati u l-installaturi kollha huma obbligati bil-liġi li jġibu approvazzjoni bil-miktub mid-Direttorat għall-Oġġetti tal-Konsumatur u dawk Industrijali ta’ l-Awtorità Maltija dwar l-iStandards qabel ma rispettivament jikkummisjunaw, jispeċifikaw u jinstallaw kull lift ġdid mingħajr spazju fil-fossa/headroom. 

F’dan il-każ eċċezzjonali, għandu jiġi ppreżentat rapport bil-miktub, li jkun ġie kkorraborat mill-Korp Notifikat pertinenti, bl-evalwazzjoni li tkun saret sabiex tissostanzja id-dikjarazzjoni, biex b’hekk id-Direttorat ikun jistà jevalwa l-impossibiltà (o meno) ta’ stallazzjoni ta’ lift “normali” bi spazju vojt jew refuġju lil hinn mill-pożizzjonijiet estremi.

Għadhom kif ġew ukoll ippreparati bil-lingwa Ingliża “Linji Gwida fuq l-amministrazzjoni tar-responsabbiltajiet tad-Direttorat għall-Oġġetti tal-Konsumatur u dawk Industrijali taħt l-Ewwel skeda.

Din l-iskeda hija intitolata: Ħtiġijiet Essenzjali ta’ Saħħa u Sigurta’ 2.2 (Perikli għall-persuni li jkunu barra l-vagun: il-prevenzjoni tar-riskju ta’ tgħaffiġ meta l-kabina tkun f'waħda mill-pożizzjonijiet estremi tagħha) tar-Regolamenti ta’ l-2002 dwar Liftijiet”. Dawn ir-Regolamenti jistgħu jiġu kkonsultati/mniżżla minn fuq is-sit elettroniku uffiċjali tad-Direttorat: http://www.msa.org.mt/cigd/index.htm

Mistoqsijiet fuq dan is-suġġett għandhom jiġu riferuti lill-Kap - Direttorat ta’ l-Oġġetti għall-Konsumatur u dawk Industrijali ta’ l-Awtorità Maltija dwar l-iStandards, i.e. Inġ. Anthony Camilleri fuq: anthony.camilleri@msa.org.mt jew numru tat-telefon: 2125 5545 (dirett)/2124 2420 (ġenerali) jew numru tal-fax: 2124 2406.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

More Press Releases Right arrow