Left arrow Mur Lura

Iktar korsijiet u skemi b’fondi ta’ l-Unjoni Ewropea f’Għawdex

pr0055
Date Icon 18/01/2006

Formuli ta’ l-applikazzjonijiet għal diversi korsijiet u skemi, li se jsiru b’fondi ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Gvern Malti, qegħdin jintlaqgħu bħalissa f’Għawdex. Il-korsijiet joffru taħriġ prattiku f’numru ta’ suġġetti marbuta ma’ l-industrija turistika u dixxiplini artiġġjanali, fi sforz biex jiżdiedu l-ħiliet ta’ l-Għawdxin marbuta man-negozju, max-xogħol u l-opportunitajiet edukattivi. 

Il-korsijiet ser isiru mill-Ministeru għal Għawdex u miċ-Ċentru ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Il-korsijiet jinkludu: 

      ·        Food preparation and production
·        Food and beverage service
·        Housekeeping
·        Bartending
·        Customer Care,u
·        Integration of lace in fashion wear
·        Fashion design
·        Decorative stonework
·        Decorative woodwork
·        Toy making
·        Ceramics
·        Glass works
·        Metal work
·        Leather work
·        Clay/papier mache
·        Silversmith
·        Restoration in gilding
·        Weaving
·        Candle/wax craftworks
·        Miniature porcelain. 

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ (Għawdex) bħalissa wkoll qed tirċievi l-applikazzjonijiet għal korsijiet u skemi addizzjonali offruti lil Għawdxin li m’humhiex f’impjieg u li jixtiequ jiftħu n-negozju tagħhom f’Għawdex, kif ukoll għal skemi mmirati lejn intrapriżi żgħar u medji f’Għawdex li jħaddmu tminn persuni jew inqas. Dawn iż-żewġ skemi wkoll jiffurmaw parti minn proġett tal-Ministeru għal Għawdex b’riżq it-titjib fil-ħiliet marbuta man-negozju u x-xogħol f’Għawdex. 

Il-korsijiet kollha taħt dawn iż-żewġ proġetti qed jiġu offruti mingħajr ħlas. L-applikazzjonijiet għall-korsijiet miċ-Ċentru ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri jistgħu jintlaqgħu fl-istess ċentru sal-Ħamis 19 ta’ Jannar, filwaqt li l-applikazzjonijiet għall-korsijiet u skemi l-oħra jistgħu jintlaqgħu għand il-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ (Għawdex) sa mhux iktar tard mill-Ġimgħa 26 ta’ Jannar.  

L-applikanti għall-korsijiet iridu jkunu ta’ sittax-il sena jew iktar. Għal iktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja liċ-Ċentru ta’ l-Arti u l-Artiġjanat Wistin Camilleri jew lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (Għawdex) waqt ħinijiet ta’ uffiċċju. 

Dawn il-korsijiet u skemi huma speċifiċi għal Għawdex u qed jiġu organizzati taħt il-Programm ta’ Fondi Strutturali għal Malta 2004-2006, speċifikament taħt il-Fond Soċjali Ewropew.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow