Left arrow Mur Lura

L-importanza li kull attivita` kummerċjali jkollha liċenzja tan-negozju

pr0053
Date Icon 17/01/2006

“Huwa dmir u obbligu ta’ kull min jagħmel attivita` kummerċjali li jkollu liċenzja tan-negozju.  Min jagħmel fiera kummerċjali, hi taħt liema sura hi, ukoll għandu bżonn ta’ liċenzja tan-negozju.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-SelfEmployed, Edwin Vassallo qal dan waqt laqgħa li kellu ma’ sidien ta’ negozju fil-lokalita` tal-Pieta`.  Din il-laqgħa kienet l-ewwel minn serje ta’ laqgħat li qegħdin jigu organizzati biex jiġu spjegati aħjar l-emendi li saru fil-legislazzjoni dwar il-liċenzji tan-negozju.  

L-Onor. Edwin Vassallo kompla jispjega li “il-liċenzja tan-negozju hija marbuta mas-sit minn fejn issir l-attivita` kummerċjali, iżda min jaħdem fit-triq bħala street jew market hawker jista’ japplika biex jieħu l-liċenzja partikolari għal dan it-tip ta’ negozju.  Il-liċenzja tan-negozju tkun mogħtija fuq is-sit u tkun marbuta ma’ dak is-sit partikolari minfejn tkun qed tiġi ġestita l-attivita` kummerċjali, filwaqt li l-liċenzji għall-bejjiegħa mit-triq huma liċenzji personali marbuta mal-persuna li tagħmel dak in-negozju.  

“Minjagħti servizz, u li x-xogħol tiegħu mhuwiex marbut ma’ sit/bini partikolari, jista’ japplika wkoll għal liċenzja ta’ reġistrazzjoni ta’ attivita` kummerċjali.  Min għandu maħzen fejn izomm il-prodotti tiegħu u li ma jagħmilx attivita` kummerċjali minnu, m’għandux bzonn ta’ liċenzja tan-negozju għal dak il-maħzen.
“Huwaimportanti li niftakru wkoll li, kull min qiegħed jiġġestixxi negozju: (i) għandu bzonn  li jkun reġistrat mad-Dipartiment tal-VAT.  Ir-reġistrazzjoni tal-VAT mhix marbuta ma’ sit u trid issir min dawk kollha li jagħmlu attivita` kummerċjali, anke jekk ikunu qegħdin jagħtu servizz.  (ii) Kull persuna li tagħmel attivita` kummerċjali trid tkun ukoll reġistrata ma’ l-ETC.  Għalhekk, it-Trade Liċensing Unit qiegħed iservi bħala one-stop-shop biex min japplika għal liċenzja jew biex ibiddel liċenzja tan-negozju, fl-istess uffiċju jkun jista’ jimla’ l-formola ta’ l-ETC magħrufa bħala l-engagement form.
“Il-liċenzjatan-negozju hi forma ta’ karta ta’ l-identita` għal kull negozju.  Il-liċenzja tagħti informazzjoni dwar l-attivita` kummerċjali.  Dan ma jfissirx li kull min għandu liċenzja tan-negozju jista’ jagħmel li jrid.  Xorta waħda jrid iżomm mal-kundizzjonijiet ta’ Awtoritajiet u Entitajiet oħra.
“Huwaimportanti wkoll li niftakru li reġistrazzjoni ta’ kumpanija ma’ l-MFSA ma tfissirx liċenzja tan-negozju, u kumpannija rreġistrata, kemm-il darba tkun qed tagħmel attivita` kummerċjali minn ġo xi bini, xorta waħda trid tapplika għal-liċenzja tan-negozju.”
Biexjiċċara xi dubbji li setgħu kellhom dawk prezenti, is-Segretarju Parlamentari Vassallo spjega li dik li llum qegħdin nirreferu għaliha bhala liċenzja tan-negozju, fi zmien meta din kienet f’idejn il-Pulizija kienet magħrufa bħala l-permess tal-Pulizija.  L-Onor. Vassallo spjega  li l-liċenzja l-antika għadha tgħodd, iżda min jixtieq jaqleb għas-sistema l-ġdida jista’ jagħmel dan faċilment billi jimla’ formola għand it-Trade Liċensing Unit.
Is-SegretarjuParlamentari spjega wkoll il-kriterji biex tinħareġ liċenzja tan-negozju.  Huwa qal li “biex tkun tista’ tapplika għal liċenzja tan-negozju hemm bzonn il-kunsens ta’ sid il-kera (fil-kaz li s-sit ikun mikri), u l-permess ta’ żvilupp maħrug mill-MEPA li f’dak il-post tista’ ssir attivita` kummerċjali.”
Fit-tmiemil-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “huwa l-impenn tal-ħidma tagħna li nagħmluha faċli kemm jista’ jkun biex wieħed japplika u jikseb il-liċenzja tan-negozju.  B’hekk qegħdin innaqqsu l-kompetizzjoni nġusta bejn dawk li qegħdin joperaw minn negozju organizzat u leċitu, u dawk li qegħdin jagħmlu negozju bil-moħbi.  Ma ninsewx li huwa ta’ detriment għall-konsumatur li jmur jixtri mingħand min ikun qiegħed jagħmel negozju bil-moħbi.  Il-konsumatur ikun qiegħed jiċħad id-drittijiet kollha tiegħu.  Għalhekk, li jkollna sistema dejjem aktar faċli li toħrog il-liċenzja tan-negozju huwa pass tajjeb biex in-negozji tagħna jkunu aktar organizzati.  Minn din il-ħidma, igawdu kemm sid in-negozju, kif ukoll il-konsumatur.”
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

 PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME Student Councils receive recognition

PR261950en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION ...

 STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jingħata rikonoxximent lill-kunsilli tal-istudenti

PR261950

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow